29.10.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 319/7
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-15 ta’ Settembru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Administrativen Sad Sofia-grad -il-Bulgarija) — “DP grup” EOOD vs Direktor na Agentsia “Mitnitsi”
(Kawża C-138/10) (1)
(Unjoni doganali - Dikjarazzjoni doganali - Aċċettazzjoni mill-awtorità doganali ta’ din id-dikjarazzjoni - Invalidazzjoni ta’ dikjarazzjoni doganali diġà aċċettata - Konsegwenzi fuq il-miżuri penali)
2011/C 319/10
Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru
Qorti tar-rinviju
Administrativen Sad Sofia-grad.
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti:“DP grup” EOOD
Konvenuta: Direktor na Agentsia “Mitnitsi”
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Administrativen sad Sofia-grad — Interpretazzjoni tal-Artikolu 4(5), tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 8(1), u tal-Artikoli 62, 63 u 68 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307) — Aċċettazzjoni mill-awtorità doganali tad-dikjarazzjoni doganali magħmula bil-miktub mill-persuna responsabbli għall-ħlas tad-dazji doganali — Assimilazzjoni ta’ tali aċċettazzjoni ma’ deċiżjoni amministrattiva suġġetta għal stħarriġ ġudizzjarju — Aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni b’mod provviżorju sakemm issir il-verifika finali tal-informazzjoni li hemm fiha permezz ta’ evalwazzjoni speċjalizzata intiża sabiex jiġi kkonfermat il-kodiċi tariffarju — Delimitazzjoni tal-kontroll eżerċitat mill-awtorità doganali waqt din il-verifika
Dispożittiv
Id-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni fil-qasam doganali għandhom jiġu interpretati fis-sens li dikjarant ma jistax jitlob lil qorti sabiex tannulla d-dikjarazzjoni doganali li jkun fassal meta din tkun ġiet aċċettata mill-awtoritajiet doganali. Min-naħa l-oħra, taħt il-kundizzjonijiet previsti mill-Artikolu 66 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1791/2006, tal-20 ta’ Novembru 2006, dan id-dikjarant jista’ jitlob lil dawn l-awtoritajiet sabiex jinvalidaw din id-dikjarazzjoni, u dan anki wara li jkunu rrilaxxaw il-merkanzija. Fi tmiem l-evalwazzjoni tagħhom, l-imsemmija awtoritajiet għandhom, bħal ħsara għall-possibiltà ta’ azzjoni ġudizzjarja, jew jiċħdu t-talba tad-dikjarant permezz ta’ deċiżjoni motivata, jew jgħaddu għall-invalidazzjoni mitluba.
(1) ĠU C 148, 5.06.2010.
Full & Egal Universal Law Academy