3.12.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 355/5
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba Awla) tat-13 ta’ Ottubru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden — il-Pajjiżi l-Baxxi) — Prism Investments BV vs J. A. van der Meer, bħala kuratur tal-falliment ta’ Arilco Holland BV)
(Kawża C-139/10) (1)
(Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Regolament (KE) Nru 44/2001 - Eżekuzzjoni - Motivi tar-rifjut - Eżekuzzjoni fl-Istat tal-oriġini tad-deċiżjoni ġudizzjarja li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni li tikkonstata s-saħħa eżekuttiva)
(2011/C 355/07)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hoge Raad der Nederlanden
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Prism Investments BV
Konvenut: J. A. van der Meer, bħala kuratur tal-falliment ta’ Arilco Holland BV
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Hoge Raad der Nederlanden — Interpretazzjoni tal-Artikoli 34, 35, 43, 44 u 45 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42) — Raġunijiet għal rifjut — Elenkar limitattiv — Eżekuzzjoni tal-obbligu li jirriżulta minn sentenza nazzjonali li hija s-suġġett ta’ talba għal dikjarazzjoni ta’ saħħa eżekuttiva
Dispożittiv
L-Artikolu 45 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li l-qorti li quddiemha tressaq appell skont l-Artikoli 43 jew 44 ta’ dan ir-regolament tirrifjuta jew tirrevoka dikjarazzjoni li tikkonstata s-saħħa eżekutorja ta’ deċiżjoni għal raġuni differenti minn dawk indikati fl-Artikoli 34 u 35 tiegħu, bħall-eżekuzzjoni ta’ din id-deċiżjoni fl-Istat Membru tal-oriġini.
(1) ĠU C 134, 22.05.2010.
Full & Egal Universal Law Academy