10.12.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 362/7
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-20 ta’ Ottubru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hof van Cassatie van België — il-Belġju) — Greenstar Kanzi Europe NV vs Jean Justin u Jo Goossens
(Kawża C-140/10) (1)
(Regolament (KE) Nru 2100/94 kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 873/2004 - Interpretazzjoni tal-Artikoli 11(1), 13(1) sa (3), 16, 27, 94 u 104 - Prinċipju ta’ eżawriment tad-dritt Komunitarju ta’ protezzjoni tal-varjetajiet ta’ pjanti - Ftehim ta’ liċenzja - Proċedimenti ta’ vjolazzjoni kontra terzi - Ksur tal-ftehim ta’ liċenzja mill-persuna liċenzjata fir-relazzjonijiet kuntrattwali tagħha mat-terzi)
2011/C 362/10
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hof van Cassatie van België
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Greenstar-Kanzi Europe NV
Konvenuti: Jean Hustin, Jo Goossens
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Hof van Cassatie van België — Interpretazzjoni tal-Artikoli 11(1), 13(1), (2) u (3), 16, 27, 94 u 104 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94, tas-27 ta’ Lulju 1994, dwar drittijiet ta’ varjetajiet ta’ pjanti fil Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 16, p. 390), kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 873/2004 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 45, p. 178) — Kawżi ċivili — Kawża mressqa mill-proprjetarju ta’ dritt Komunitarju ta’ varjetajiet tal-pjanti jew minn persuna liċenzjata kontra persuna li, fir-rigward ta’ materjal tal-ħsad tal-varjetà tal-pjanti protetta li nkisbet mingħand persuna li għandha liċenzja għall-użu, wettqet ċerti atti, mingħajr ma osservat il-limiti stabbiliti fil-kuntratt ta’ liċenzja konkluż mal-propretarju ta’dan id-dritt
Dispożittiv
(1)
L-Artikolu 94 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94, tas-27 ta’ Lulju 1994, dwar drittijiet ta’ varjetajiet ta’ pjanti fil-Komunità, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 873/2004, tad-29 ta’ April 2004, moqri flimkien mal-Artikoli 11(1), 13(1) sa (3), 16, 27 u 104 tal-imsemmi regolament, f’kundizzjonijiet bħal dawk fil-kawża prinċipali, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-proprjetarju jew il-persuna liċenzjata tista’ tippreżenta rikors għal vjolazzjoni kontra terz li jkun kiseb il-materjal permezz tal-intermedjarju ta’ persuna liċenzjata oħra li tkun kisret il-kundizzjonijiet jew il-limiti li jinsabu fil-ftehim ta’ liċenzja li din l-aħħar persuna liċenzjata tkun preċedentement ikkonkludiet mal-proprjetarju sa fejn il-kundizzjonijiet jew il-limiti inkwistjoni jkunu direttament dwar l-elementi essenzjali tad-dritt Komunitarju ta’ protezzjoni tal-varjetajiet tal-pjanti kkonċernat li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tevalwa.
(2)
Fir-rigward tal-evalwazzjoni tal-ksur, ma huwiex importanti li terz li jkun wettaq atti fir-rigward tal-materjal mibjugħ jew mogħti kien informat jew kellu jkun informat bil-kundizzjonijiet jew tal-limiti li jinsabu fil-ftehim ta’ liċenzja.
(1) ĠU C 161, 19.06.2010
Full & Egal Universal Law Academy