28.5.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 160/9
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-7 ta’ April 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden — Il-Pajjizi l-Baxxi) — Staatssecretaris van Financiën vs Sony Supply Chain Solutions (Europe) BV
(Kawża C-153/10) (1)
(Regolament (KEE) Nru 2913/92 - Kodiċi Doganali tal-Komunità - Artikoli 12(2) u (5), 217(1), u 243 - Regolament (KEE) Nru 2454/93 - Dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 - Artikoli 10 u 11 - Klassifikazzjoni tal-merkanzija - Informazzjoni tariffarja li torbot - Invokazzjoni minn operatur li ma jkunx id-detentur tal-istess merkanzija - Deċiżjonijiet tal-amministrazzjoni doganali nazzjonali - Aspettattivi leġittimi)
2011/C 160/07
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hoge Raad der Nederlanden
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Staatssecretaris van Financiën
Konvenuta: Sony Supply Chain Solutions (Europe) BV
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Hoge Raad der Nederlanden — Interpretazzjoni tal-Artikoli 12(2) u (5), 217(1) u 243 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307), u tal-Artikolu 11 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93, tat-2 ta’ Lulju 1993, li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunita (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 6, p 3) — Klassifikazzjoni ta’ merkanzija — Ilment fil-konfront ta’ deċiżjoni meħuda mill-awtoritajiet doganali dwar il-klassifikazzjoni ta’ prodott — Invokazzjoni, mill-persuna li ressqet l-ilment, ta’ informazzjoni tariffarja li torbot maħruġa mill-awtoritajiet doganali ta’ Stat Membru ieħor fir-rigward ta’ prodott li jixxiebah.
Dispożittiv
(1)
L-Artikolu 12(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 82/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-19 ta’ Diċembru 1996, kif ukoll l-Artikoli 10 u 11 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93, tat-2 ta’ Lulju 1993, li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament Nru 2913/92, kif emendat bir Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 12/97, tat-18 Diċembru 1996, għandhom jiġu interpretati fis-sens li d-dikjarant, li jistabbilixxi dikjarazzjonijiet doganali f’ismu proprju u għalih innifsu, ma jistax jinvoka l-informazzjoni tariffarja li torbot li d detentur tagħha ma jkunx huwa stess, iżda kumpannija li huwa konness magħha u li ntalab minnha jagħmel tali dikjarazzjonijiet.
(2)
L-Artikoli 12(2) u (5), u 217(1) tar-Regolament Nru 2913/92, kif emendat bir-Regolament Nru 82/97 kif ukoll l-Artikolu 11 tar Regolament Nru 2454/93, kif emendat bir-Regolament Nru 12/97, moqrija flimkien mal-Artikolu 243 tar-Regolament Nru 2913/92, kif emendat bir-Regolament Nru 82/97 għandhom jiġu interpretati fis-sens li, fil-kuntest ta’ kawża relatata mal-ġbir ta’ dazji doganali, il-parti kkonċernata tista’ tikkontesta dan il-ġbir billi tippreżenta bħala prova informazzjoni tariffarja li torbot maħruġa għall-istess merkanzija fi Stat Membru ieħor mingħajr ma din l-informazzjoni tariffarja li torbot tkun tista’ tipproduċi l-effetti legali relatati. Hija madankollu l-qorti nazzjonali li għandha tiddetermina jekk ir regoli proċedurali rilevanti tal-Istat Membru kkonċernat jipprovdux il-possibbiltà tal-produzzjoni ta’ tali mezzi ta’ prova.
(3)
L-Artikolu 12 tar-Regolament Nru 2913/92, kif emendat bir-Regolament Nru 82/97 u l-Artikolu 10(1) tar-Regolament Nru 2454/93, kif emendat bir-Regolament Nru 12/97 għandhom jiġu interpretati fis-sens li deċiżjoni nazzjonali li tirrikonoxxi l-possibbiltà għall-awtoritajiet nazzjonali li, għall-klassifikazzjoni tariffarja ta’ merkanzija ddikjarata, jirreferu għal informazzjoni tariffarja li torbot maħruġa lil terz għal din l-istess merkanzija, ma setgħetx toħloq, fi ħdan l-importaturi, aspettattivi leġittimi li jkunu jistgħu jinvokaw din id-deċiżjoni
(1) ĠU C 179, 03.07.2010.
Full & Egal Universal Law Academy