29.10.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 319/7
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-15 ta’ Settembru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Supreme Court of the United Kingdom — ir-Renju Unit) — Williams et vs British Airways plc
(Kawża C-155/10) (1)
(Kundizzjonijiet tax-xogħol - Direttiva 2033/88/KE - Organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol - Dritt għal-leave annwali - Piloti tal-linji tal-ajru)
2011/C 319/11
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
Supreme Court of the United Kingdom
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Williams et
Konvenuta: British Airways plc
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Supreme Court of the United Kingdom — Interpretazzjoni tal-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 93/104/KE, tat-23 ta’ Novembru 1993, dwar xi aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 2, p. 197) u tal-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-4 ta’ Novembru 2003, li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 381) — Portata tal-obbligi imposti mid-direttivi fir-rigward tan-natura u tal-ammont tal-ħlas għall-perijodi tal-leave annwali bil-ħlas — Marġni ta’ diskrezzjoni tal-Istati Membri għall-iffissar tar-regoli — Leave annwali bil-ħlas għall-piloti tal-linji tal-ajru
Dispożittiv
L-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-4 ta’ Novembru 2003, li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol, kif ukoll il-klawżola 3 tal-anness għad-Direttiva tal-Kunsill 2000/79/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000, dwar il-Ftehim Ewropew fuq l-Organizzazzjoni tal-Ħinijiet tax-Xogħol ta’ Ħaddiema Mobbli fl-Avjazzjoni Ċivili konkluż mill-Assoċjazzjoni tal-Linji tal-Ajru Ewropej (AEA), il-Federazzjoni Ewropea tal-Ħaddiema tat-Trasport (ETF), l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kabini tal-Piloti (ECA), l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Linji tal-Ajru Reġjonali (ERA) u l-Assoċjazzjoni Internazzjonali tat-Trasportazzjoni bl-Ajru (IACA), għandhom jiġu interpretati fis-sens li pilota tal-linji tal-ajru, matul il-leave annwali tiegħu, mhux biss għandu d-dritt li jżomm is-salarju bażiku tiegħu, iżda wkoll, minn naħa, l-elementi kollha marbuta b’mod intrinsiku mal-eżekuzzjoni tad-dmirijiet tiegħu taħt il-kuntratt tax-xogħol tiegħu u li huma kkumpensati b’ammont ta’ flus inkluż fil-kalkolu tar-remunerazzjoni globali tiegħu u, min-naħa l-oħra, l-elementi kollha relatati mal-istatus personali u professjonali tal-pilota tal-linji tal-ajru.
Hija l-qorti nazzjonali li għandha tevalwa jekk id-diversi elementi li jagħmlu r-remunerazzjoni globali tal-ħaddiem jilħqu dawn il-kriterji.
(1) ĠU C 161, 19.06.2010.
Full & Egal Universal Law Academy