4.2.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 32/8
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-8 ta’ Diċembru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari mit-Tribunal Supremo — Spanja) — Banco Bilbao Vizcaya Argentaria, SA vs Administración General del Estado
(Kawża C-157/10) (1)
(Moviment liberu tal-kapital - Taxxa fuq il-kumpanniji - Ftehim dwar ħelsien minn taxxa doppja - Projbizzjoni li titnaqqas it-taxxa dovuta iżda mhux irkuprata fi Stati Membri oħra)
2012/C 32/12
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Tribunal Supremo
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Banco Bilbao Vizcaya Argentaria, SA
Konvenuta: Administración General del Estado
Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Ir-Repubblika tas-Slovenja (rappreżentant: T. Mihelič, aġent)
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunal Supremo — Interpretazzjoni tal-Artikoli 63 u 65 TFUE — Taxxa fuq il-kumpanniji — Leġiżlazzjoni nazzjonali u ftehim dwar ħelsien minn taxxa doppja li jipprojbixxu t-tnaqqis tat-taxxa dovuta, iżda mhux miġbura, fi Stati Membri oħra għal dħul magħmul fit-territorju tagħhom
Dispożittiv
L-Artikolu 67 tat-Trattat KEE u l-Artikolu 1(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 88/361/KEE, tal-24 ta’ Ġunju 1988, għall-implementazzjoni tal-Artikolu 67 tat-Trattat (artiklu mħassar bit-Trattat ta’ Amsterdam), ma jipprekludux leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li, fil-kuntest tat-taxxa fuq il-kumpanniji u fost ir-regoli intiżi għal ħelsien minn taxxa doppja, tipprojbixxi li jitnaqqas l-ammont tat-taxxa dovuta fi Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea fuq dħul magħmul fit-territorju tagħhom u li jaqa’ taħt din it-taxxa meta, minkejja li huma dovuti, dawn l-ammonti ma jitħallsux, minħabba eżenzjoni jew tnaqqis tal-oneru fiskali jew minħabba benefiċċju fiskali ieħor, sa fejn din il-leġiżlazzjoni ma tkunx diskriminatorja meta mqabbla mat-trattament li għaliha huma suġġetti l-interessi miksuba fl-imsemmi Stat Membru, liema fatt għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.
(1) ĠU C 179, 3.7.2010
Full & Egal Universal Law Academy