26.5.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 151/3
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad-29 ta’ Marzu 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja
(Kawża C-185/10) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2001/83/KE - Artikoli 5 u 6 - Prodotti mediċinali speċjali - Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem - Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq - Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprovdi għal eżenzjoni minn awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq fir-rigward ta’ prodotti mediċinali simili għal prodotti mediċinali awtorizzati iżda bi prezz inferjuri)
2012/C 151/05
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Šimerdová u K. Herrmann, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentant: M. Szpunar, aġent)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 6 tad-Direttiva 2001/83/KEE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Novembru 2001, dwar il-kodiċi tal Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 27, p. 69) — Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tippermetti, mingħajr awtorizzazzjoni minn qabel, it-tqegħid fis-suq ta’ dan l-Istat ta’ prodotti mediċinali bi prezz inferjuri u b’ karatteristiċi simili għal dawk ta’ prodotti mediċinali awtorizzati
Dispożittiv
(1)
billi adottat u żammet fis-seħħ l-Artikolu 4 tal-liġi dwar il-prodotti mediċinali (Pra wo farmaceutyczne), tas-6 ta’ Settembru 2001, kif emendata bil-liġi tat-30 ta’ Marzu 2007, sa fejn dik id-dispożizzjoni legali tipprovdi għal eżenzjoni minn awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq fir-rigward ta’ prodotti mediċinali li joriġinaw minn barra l-pajjiż li jinkludu l-istess sustanzi attivi, l-istess doża u l-istess forma ta’ dawk li jkunu ingħataw awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq fil-Polonja, bil-kundizzjoni b’mod partikolari, li l-prezz ta’ dawk il-prodotti mediċinali importati jkun kompetittiv meta mqabbel ma’ dak ta’ prodotti li jkunu ingħataw tali awtorizzazzjoni, ir-Repubblika tal-Polonja naqset li twettaq l-obbligi tagħha skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Novembru 2001, dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem, kif emendata bid-Direttiva 2004/27/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004 u bir-Regolament (KE) Nru 1394/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Novembru 2007, dwar prodotti mediċinali ta’ terapija avvanzata u li jemenda d-Direttiva 2001/83/KE kif ukoll ir-Regolament (KE) Nru 726/2004.
(2)
Ir-Repubblika tal-Polonja hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 209, 31.07.2010.
Full & Egal Universal Law Academy