5.5.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 133/4
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-22 ta’ Marzu 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Supremo — Spanja) — Génesis Seguros Generales Sociedad Anónima de Seguros y Reaseguros (GENESIS) vs Boys Toys SA, Administración del Estado
(Kawża C-190/10) (1)
(Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u akkwist - Trade mark preċedenti - Modalitajiet tal-preżentata - Preżentata elettronika - Mezz li jippermetti l-identifikazzjoni preċiża tad-data, is-siegħa u l-minuta tal-preżentazzjoni tat-talba)
2012/C 133/06
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Tribunal Supremo
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Génesis Seguros Generales Sociedad Anónima de Seguros y Reaseguros (GENESIS)
Konvenuta: Boys Toys SA, Administración del Estado
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunal Supremo — Interpretazzjoni tal-Artikolu 27 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-20 ta’ Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol 1, p. 146) — Definizzjoni u akkwist tat-trade mark Komunitarja — Dritt ta’ prijorità — Modalitajiet tal-preżentata — Mezz (posta elettronika) li jippermetti l-identifikazzjoni preċiża tad-data, is-siegħa u l-minuta tal-preżentazzjoni tat-talba
Dispożittiv
L-Artikolu 27 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-20 ta’ Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1992/2003, tas-27 ta’ Ottubru 2003, għandu jiġi interpretat fis-sens li dan ma jippermettix it-teħid inkunsiderazzjoni minbarra tal-jum tal-preżentata tal-applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja quddiem l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), anki tas-siegħa u tal-minuta tal-imsemmija preżentata bil-għan li tiġi ddeterminata l-preċedenza ta’ tali trade mark meta mqabbla ma’ trade mark nazzjonali ppreżentata fl-istess jum, anki meta, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali li tirregola r-reġistrazzjoni ta’ din l-aħħar trade mark, is-siegħa u l-minuta tal-preżentata huma elementi rilevanti.
(1) ĠU C 195, 17.07.2010.
Full & Egal Universal Law Academy