25.6.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 186/7
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-5 ta’ Mejju 2011 — Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-200/10 P) (1)
(Appell - Klawżola ta’ arbitraġġ - Kuntratt dwar sostenn finanzjarju Komunitarju allokat lil proġett fil-kuntest tal-programm “eContent” - Xoljiment tal-kuntratt mill-Kummissjoni - Rimbors tal-ispejjeż eliġibbli - Motivazzjoni tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali)
2011/C 186/11
Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (rappreżentant: N. Korogiannakis, dikigoros)
Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: E. Manhaeve, aġent, D. Philippe u M. Gouden, avukati)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla), tad-9 ta’ Frar 2010, Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni (T-340/07), li biha l-Qorti Ġenerali ċaħdet rikors ibbażat fuq klawżola ta’ arbitraġġ intiża sabiex tikseb il-kundanna tal-Kummissjoni għall-ħlas, minn naħa, tas-somom allegatament dovuti lill-appellanti u, min-naħa l-oħra, tad-danni wara x-xoljiment tal-kuntratt dwar sostenn finanzjarju Komunitarju allokat lill-proġett “e-Content Exposure and Business Opportunities” (“EEBO”) (Kuntratt Nru EDC-53007 EEBO/27873), konkluż fil-kuntest ta’ Programm Komunitarju multiannwali intiż sabiex jistimula l-iżvilupp u l-użu tal-kontenut diġitali Ewropew fuq in-netwerks mondjali u sabiex jippromwovi d-diversità lingwistika fis-soċjetà tal-informatika (Programm “eContent”)
Dispożittiv
(1)
Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, tad-9 ta’ Frar 2010, Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni (T-340/07) hija annullata sa fejn, permezz ta’ din is-sentenza, il-Qorti Ġenerali naqset milli tagħti deċiżjoni dwar it-talbiet ta’ Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE intizi, minkejja x-xoljiment tal-kuntratt EDC-53007 EEBO/27873, sabiex il-Kummissjoni tiġi kkundannata tħallasha s-somma ta’ EUR 172 588,62 li tikkorrispondi għall-ispejjeż li għadhom ma humiex rimborsati mill-Kummissjoni u li ġew sostnuti minnha fil-kuntest tal-imsemmi kuntratt.
(2)
Il-kawża hija rrinvjata quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni sabiex tagħti deċiżjoni dwar l-imsemmija talbiet ta’ Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE.
(3)
L-ispejjeż huma rriżervati.
(1) ĠU C 179, 03.07.2010.
Full & Egal Universal Law Academy