26.5.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 151/4
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-27 ta’ Marzu 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Højesteret — id-Danimarka) — Post Danmark A/S vs Konkurrencerådet
(Kawża C-209/10) (1)
(Artikolu 82 KE - Impriża postali li għandha pożizzjoni dominanti u li għandha obbligu ta’ servizz universali f’dak li jikkonċerna d-distribuzzjoni ta’ ċerta posta indirizzata - Applikazzjoni ta’ prezzijiet baxxi fir-rigward ta’ ċerti ex klijenti ta’ kompetitur - Nuqqas ta’ provi li jirrigwardaw l-intenzjoni - Diskriminazzjoni permezz tal-prezzijiet - Prezzijiet baxxi u selettivi - Eliminazzjoni effettiva jew probabbli ta’ kompetitur - Effett fuq il-kompetizzjoni u, minħabba dan il-fatt, fuq il-konsumaturi - Ġustifikazzjoni oġġettiva)
2012/C 151/06
Lingwa tal-kawża: id-Daniż
Qorti tar-rinviju
Højesteret
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Post Danmark A/S
Konvenut: Konkurrencerådet
fil-preżenza ta’: Forbruger-Kontakt a-s,
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Højesteret — Interpretazzjoni tal-Artikolu 82 KE (li sar l-Artikolu 102 TFUE) — Abbuż minn pożizzjoni dominanti — Impriża postali li għandha pożizzjoni dominanti kif ukoll obbligu ta’ distribuzzjoni tal-enveloppijiet u pakketti indirizzati, li tipprattika tnaqqis selettiv tal-prezzijiet ta’ distribuzzjoni ta’ posta mhux indirizzata f’livelli li huma inqas mill-ispejjeż totali medji tagħha, iżda ogħla mill-ispejjeż inkrementali medji tagħha — Abbuż intiż li jelimina kompetitur
Dispożittiv
L-Artikolu 82 KE għandu jiġi interpretat fis-sens li politika ta’ prezzijiet baxxi applikati fir-rigward ta’ ċerti ex klijenti importanti ta’ kompetitur minn impriża li għandha pożizzjoni dominati ma tistax tiġi kkunsidrata bħala li tikkostitwixxi prattika ta’ esklużjoni abbużiva għar-raġuni biss li l-prezz applikat minn din l-impriża lil wieħed minn dawn il-klijenti huwa f’livell inferjuri għall-ispejjeż totali medji imputabbli lill-attività kkonċernata, iżda ogħla mill-ispejjeż inkrementali medji relatati magħha, kif evalwati fil-proċedura li wasslet għall-kawża prinċipali. Sabiex tiġi evalwata l-eżistenza ta’ effetti antikompetittivi f’ċirkustanzi bħal dawk f’din il-kawża, hemm lok li jiġi eżaminat jekk din il-politika ta’ prezzijiet, mingħajr ġustifikazzjoni oġettiva, għandhiex bħala riżultat l-eliminazzjoni effettiva jew probabbli ta’ dan il-kompetitur għad-dannu tal-kompetizzjoni u, minħabba dan il-fatt, tal-interessi tal-konsumaturi
(1) ĠU C 179, 03.07.2010.
Full & Egal Universal Law Academy