17.3.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 80/2
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad-9 ta’ Frar 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Hajdú-Bihar Megyei Bíróság — Ungerija) — Márton Urbán vs Vám- és Pénzügyőrség Észak-alföldi Regionális Parancsnoksága
(Kawża C-210/10) (1)
(Trasport bit-triq - Ksur tar-regoli dwar l-użu tal-ispidometru - Obbligu tal-Istati Membri li jistabbilixxu sanzjonijiet proporzjonati - Multa b’rata fissa - Proporzjonalità tas-sanzjoni)
2012/C 80/03
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Qorti tar-rinviju
Hajdú-Bihar Megyei Bíróság
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Márton Urbán
Konvenuta: Vám- és Pénzügyőrség Észak-alföldi Regionális Parancsnoksága
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Hajdú Bihar Megyei Bíróság — Interpretazzjoni tal-Artikolu 19(1) u (4) tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 561/2006, tal-15 ta’ Marzu 2006, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x’taqsam mat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 u (KE) Nru 2135/98 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 (ĠU L 102, p. 1), kif ukoll tal-Artikoli 13 sa 16 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85, tal-20 ta’ Diċembru 1985, dwar apparat ta’ reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 1, p. 227) — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissanzjona l-ksur kollu tar-regoli dwar l-użu tal-ispidometru permezz ta’ multa tal-istess ammont, mingħajr teħid inkunsiderazzjoni tal-gravità tal-ksur inkwistjoni u mingħajr ma tipprevedi ebda possibbiltà ta’ ġustifikazzjoni — Obbligu tal-Istati Membri li jistabbilixxu sanzjonijiet proporzjonati
Dispożittiv
(1)
Il-ħtieġa ta’ proporzjonalità msemmija fl-Artikolu 19(1) u (4) tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 561/2006, tal-15 ta’ Marzu 2006, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x’taqsam mat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 u (KE) Nru 2135/98 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85, għandha tiġi interpretata fis-sens li din tipprekludi sistema ta’ sanzjonijiet bħal dik implementata mid-Digriet Governattiv Nru 57/2007, li jistabbilixxi l-ammont tal-multi li jistgħu jiġu imposti f’każ ta’ ksur ta’ ċerti dispożizzjonijiet dwar it-trasport bit-triq ta’ merkanzija u ta’ persuni (a közúti árufuvarozáshoz és személyszállításhoz kapcsolódó egyes rendelkezések megsértése esetén kiszabható bírságok összegéről szóló 57/2007. Korm. Rendelet), tal-31 ta’ Marzu 2007, li jipprovdi għall-impożizzjoni ta’ multa b’ammont b’rata fissa għall-ksur kollu, tkun xi tkun il-gravità tiegħu, tar-regoli dwar l-użu tal-formoli ta’ reġistrazzjoni, stabbiliti fl-Artikoli 13 sa 16 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85, tal-20 ta’ Diċembru 1985, dwar apparat ta’ reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq, kif emendat bir-Regolament Nru 561/2006.
(2)
Il-ħtieġa ta’ proporzjonalità msemmija fl-Artikolu 19(1) u (4) tar-Regolament Nru 561/2006 għandha tiġi interpretata fis-sens li din ma tipprekludix sistema ta’ sanzjonijiet bħal dik implementata mid-Digriet Governattiv Nru 57/2007, tal-31 ta’ Marzu 2007, li jistabbilixxi l-ammont tal-multi li jistgħu jiġu imposti f’każ ta’ ksur ta’ ċerti dispożizzjonijiet dwar it-trasport bit-triq ta’ merkanzija u ta’ persuni, li tistabbilixxi responsabbiltà oġġettiva. Min-naħa l-oħra, din għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi l-intensità tas-sanzjoni stabbilita minn din is-sistema.
(1) ĠU C 195, 17.07.2010.
Full & Egal Universal Law Academy