6.8.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 232/9
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-16 ta’ Ġunju 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Wojewódzki Sąd Administracyjny w Gliwicach — ir-Repubblika tal-Polonja) — Logstor ROR Polska Sp z o.o. vs Dyrektor Izby Skarbowej w Katowicach
(Kawża C-212/10) (1)
(Tassazzjoni - Dazju fuq il-kapital - Direttiva 69/335/KEE - Taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital - Impożizzjoni ta’ taxxa fuq self meħud minn kumpannija b’kapital azzjonarju mingħand persuna li għandha dritt għal perċentwali tal-qligħ tal-istess kumpannija - Dritt ta’ Stat Membru li jerġa’ jintroduċi taxxa li ma kinitx iktar fis-seħħ fid-data tal-adeżjoni tiegħu mal-Unjoni Ewropea)
2011/C 232/14
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Qorti tar-rinviju
Wojewódzki Sąd Administracyjny w Gliwicach
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Logstor ROR Polska Sp z o.o.
Konvenut: Dyrektor Izby Skarbowej w Katowicach
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Wojewódzki Sąd Administracyjny w Gliwicach — Interpretazzjoni tal-Artikolu 4(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 69/335/KEE, tas-17 ta’ Lulju 1969, li tikkonċerna taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1. p. 11), kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 85/303/KEE, tal-10 ta’ Ġunju 1985 (ĠU L Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 122) — Dritt ta’ Stat Membru li jintroduċi mill-ġdid taxxa li kienet abolita fid-data tal-adeżjoni tiegħu mal-Unjoni Ewropea — Dazju fuq il-kapital — Impożizzjoni ta’ taxxa fuq self meħud minn kumpannija b’kapital azzjonarju mingħand persuna li għandha dritt għal perċentwali tal-qligħ tal-istess kumpannija
Dispożittiv
L-Artikolu 4(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 69/335, tas-17 ta’ Lulju 1969, li tikkonċerna taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 85/303/KE, tal-10 ta’ Ġunju 1985, jipprekludi lil Stat Membru milli jintroduċi mill-ġdid, dazju fuq il-kapital fuq self meħud minn kumpannija b’kapital azzjonarju, jekk il-kreditur ikollu dritt għal sehem mill-qligħ tal-kumpannija, meta dan l-Istat Membru kien preċedentement irrinunzja għall-ġbir ta’ din it-taxxa.
(1) ĠU C 209, 31.07.2010.
Full & Egal Universal Law Academy