9.6.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 165/3
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad-19 ta’ April 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Lietuvos Aukščiausiasis Teismas — Il-Litwanja) — F-Tex SIA vs Lietuvos-Anglijos UAB “Jadecloud-Vilma”
(Kawża C-213/10) (1)
(Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Regolament (KE) Nru 1346/2000 - Artikolu 3(1) - Kunċett ta’ azzjoni relatata ma’ proċedura ta’ insolvenza u li hija marbuta mill-qrib magħha - Regolament (KE) Nru 44/2001 - Artikolu 1(1) u (2)(b) - Kunċetti ta’ ‘materji ċivili u kummerċjali’ u ta’ “falliment” - Azzjoni ppreżentata fuq il-bażi ta’ ċessjoni, mil-likwidatur, tad-dritt tiegħu ta’ revoka)
2012/C 165/04
Lingwa tal-kawża: il-Litwan
Qorti tar-rinviju
Lietuvos Aukščiausiasis Teismas
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: F-Tex SIA
Konvenut: Lietuvos-Anglijos UAB “Jadecloud-Vilma”
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Lietuvos Aukščiausiasis Teismas — Interpretazzjoni tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000, tad-29 ta’ Mejju 2000, dwar proċedimenti ta’ falliment (ĠU Edizzjoni bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 1, p. 19) u tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42) — Ġurisdizzjoni internazzjonali sabiex actio pauliana li hija direttament u strettament marbuta ma’ proċedura ta’ insolvenza tiġi deċiża — Kunflitt ta’ ġurisdizzjoni bejn il-qorti li fiha titmexxa l-proċedura ta’ insolvenza u l-qorti tad-domiċilju tal-konvenut — Actio pauliana ppreżentata wara l-ftuħ ta’ proċedura ta’ insolvenza, mill-uniku kreditur tal-kumpannija falluta, fi Stat Membru li huwa differenti mill-Istat Membru li fih titmexxa l-proċedura ta’ insolvenza, wara ċ-ċessjoni, mil-likwiditur lill-kreditur, tal-kreditu tal-kumpannija lejn terzi
Dispożittiv
L-Artikolu 1(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li azzjoni mressqa kontra terz minn rikorrent li jaġixxi fuq il-bażi ta’ ċessjoni ta’ kreditu mogħtija mil-likwidatur innominat fl-ambitu ta’ proċedura ta’ insolvenza, li għandha bħala suġġett id-dritt ta’ revoka li dan il-likwidatur għandu taħt il-liġi nazzjonali applikabbli għal din il-proċedura, taqa’ taħt il-kunċett ta’ materji ċivili u kummerċjali fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.
(1) ĠU C 195, 17.07.2010.
Full & Egal Universal Law Academy