8.10.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 298/7
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-28 ta’ Lulju 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-First-tier Tribunal (Tax Chamber) — ir-Renju Unit) Pacific World Limited, FDD International Limited vs Commissioners for Her Majesty's Revenue and Customs
(Kawża C-215/10) (1)
(Tariffa Doganali Komuni - Klassifikazzjoni tariffarja - Nomenklatura Magħquda - Settijiet ta’ dwiefer foloz tal-plastik iffurmat - Validità tar-Regolament (KE) Nru 1417/2007 - Oġġetti oħrajn tal-plastik (intestatura 3926) - Preparazzjonijiet għall-manikjur u għall-pedikjur (intestatura 3304) - Strumenti u settijiet ta’ strumenti ta’ manikjur jew ta’ pedikjur (intestatura 8214))
2011/C 298/12
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
First-tier Tribunal (Tax Chamber)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Pacific World Limited, FDD International Limited
Konvenut: Commissioners for Her Majesty's Revenue and Customs
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — First-tier Tribunal (Tax Chamber) — Interpretazzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1417/2007, tat-28 ta’ Novembru 2007, dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti merkanziji fin-Nomenklatura Magħquda — Validità fir-rigward tal-klassifikazzjoni tad-dwiefer foloz tal-plastik ifformat taħt l-intestatura 3926 90 97 (Oġġetti oħrajn tal-plastik)
Dispożittiv
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1417/2007, tat-28 ta’ Novembru 2007, dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti merkanziji fin-Nomenklatura Magħquda, huwa validu inkwantu jikklassifika d-dwiefer foloz u, għaldaqstant, is-settijiet ta’ dwiefer foloz deskritti fl-Anness, fis-subintestatura 3926 90 97 tan-Nomenklatura Magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni, kif emendata bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1549/2006, tas-17 ta’ Ottubru 2006.
(1) ĠU C 209, 31.07.2010.
Full & Egal Universal Law Academy