22.10.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 311/12
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-8 ta’ Settembru 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża
(Kawża C-220/10) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 91/271/KEE - Tniġġis u inkonvenjenzi - Trattament tal-ilma urban mormi - Artikoli 3, 5 u 6 - Nuqqas ta’ identifikazzjoni taż-żoni sensittivi - Nuqqas ta’ implementazzjoni ta’ trattament iktar strett ta’ skariki f’żoni sensittivi)
2011/C 311/16
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Guerra e Andrade u S. Pardo Quintillán, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: L. Inez Fernandes u M. J. Lois, aġenti)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tad-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1991, dwar it-trattament tal-ilma urban mormi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 26)
Dispożittiv
(1)
Billi r-Repubblika Portugiża,
—
identifikat bħala żoni inqas sensittivi l-ibħra kostali kollha tal-gżira ta’ Madeira u l-ibħra kostali kollha tal-gżira ta’ Porto Santo;
—
issuġġettat għal trattament inqas strett minn dak previst fl-Artikolu 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1991, dwar it-trattament tal-ilma urban mormi, l-ilma urban mormi li jiġi mill-agglomerazzjonijiet b’popolazzjoni ogħla minn 10 000 persuna bħal ma huma l-agglomerazzjonijiet ta’ Funchal u ta’ Câmara de Lobos, skarikati fl-ibħra kostali tal-gżira ta’ Madeira;
—
ma ggarantietx, fir-rigward tal-agglomerazzjoni tal-estwarju tax-xmara Tejo, jiġifieri Quinta do Conde, l-eżistenza ta’ sistemi għall-ġbir ta’ ilma urban mormi skont kif inhu pprovdut fl-Artikolu 3 ta’ din id-direttiva;
—
u billi ma ggarantietx, fir-rigward tal-agglomerazzjonijiet ta’ Albufeira/Armação de Pêra, ta’ Beja, ta’ Chaves u ta’ Viseu u fir-rigward tal-erba’ agglomerazzjonijiet li wettqu skariki fuq il-kosta xellugija tal-estwarju tax-xmara Tejo, jiġifieri Barreiro/Moita, Corroios/Quinta da Bomba, Quinta do Conde u Seixal, trattament iktar strett minn dak previst fl-Artikolu 4 ta’ din id-direttiva,
hija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont l-Artikoli 3, 5, u 6 tad-Direttiva 91/271.
(2)
Ir-Repubblika Portugiża hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 209, 31.07.2010.
Full & Egal Universal Law Academy