3.12.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 355/6
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-13 ta’ Ottubru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari mil-Landgericht Baden-Baden — Il-Ġermanja) — proċeduri kriminali kontra Leo Apelt
(Kawża C-224/10) (1)
(Direttiva 91/439/KEE - Rikonoxximent reċiproku tal-liċenzji tas-sewqan - Irtirar tal-liċenzja tas-sewqan nazzjonali maħruġa mill-Istat Membru ta’ residenza u ħruġ minn Stat Membru ieħor ta’ liċenzja tas-sewqan għall-vetturi li jaqgħu taħt il-kategoriji B u D - Rifjut ta’ rikonoxximent mill-Istat Membru ta’ residenza - Obbligu li persuna tippossjedi liċenzja valida għall-vetturi jaqgħu taħt il-kategorija B meta tinħareġ il-liċenzja għall-vetturi li jaqgħu taħt il-kategorija D)
(2011/C 355/09)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Landgericht Baden-Baden
Parti fil-proċeduri kriminali fil-kawża prinċipali
Leo Apelt
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Landgericht Baden-Baden — Interpretazzjoni tal-Artikoli 1(5)(1)(a) u 8(2) u (4) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/439/KEE, tad-29 ta’ Lulju 1991, dwar il-liċenzji tas-sewqan (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 1, p. 317), kif ukoll tal-Artikolu 11(4) tad-Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Diċembru 2006, dwar il-liċenzji tas-sewqan (tfassil mill-ġdid) (ĠU L 403, p. 18) — Liċenzja tas-sewqan għall-kategorija B maħruġa minn Stat Membru lil ċittadin ta’ Stat Membru ieħor qabel deċiżjoni ta’ rtirar ta’ liċenzja nazzjonali iżda wara l-fatti li jiġġustifikaw din il-miżura — Estensjoni ta’ din il-liċenzja, mill-Istat Membru li ħariġha, għall-kategorija D wara li skada l-perijodu ta’ projbizzjoni li tintalab liċenzja nazzjonali ġdida — Possibbiltà tal-Istat Membru ta’ residenza li jirrifjuta li jirrikonoxxi l-validità ta’ din il-liċenzja, minħabba n-nuqqas ta’ liċenzja valida għall-kategorija B fil-mument tal-ħruġ tal-permess għall-kategorija D
Dispożittiv
L-Artikoli 1(2), 5(1)(a), 7(1)(b) u 8(2) u (4) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/439/KEE, tad-29 ta’ Lulju 1991, dwar il-liċenzji tas-sewqan, kif emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2000/56/KEE, tal-14 ta’ Settembru 2000, ma jipprekludux li Stat Membru ospitanti jirrifjuta li jirrikonoxxi liċenzja tas-sewqan għall-vetturi li jaqgħu taħt il-kategoriji B u D maħruġa minn Stat Membru ieħor, l-ewwel nett, meta l-proprjetarju tal-imsemmija liċenzja tas-sewqan ingħata awtorizzazzjoni ta’ sewqan għall-vetturi li jaqgħu taħt il-kategorija B bi ksur tal-kundizzjoni ta’ residenza normali u wara li l-liċenzja tas-sewqan tiegħu maħruġa mill-ewwel Stat Membru ġiet miżmuma mis-servizzi ta’ pulizija ta’ dan l-ewwel Stat Membru iżda qabel l-adozzjoni, fl-imsemmi l-ewwel Stat Membru, ta’ miżura ta’ rtirar ġudizzjarju tal-awtorizzazzjoni ta’ sewqan, u, it-tieni nett, meta l-proprjetarju tal-imsemmija liċenzja tas-sewqan ingħata awtorizzazzjoni ta’ sewqan għall-vetturi li jaqgħu taħt il-kategorija D wara l-adozzjoni tal-imsemmija miżura ta’ rtirar ġudizzjarju u wara l-iskadenza tal-projbizzjoni ta’ ħruġ ta’ liċenzja tas-sewqan ġdida.
(1) ĠU C 221, 14.08.2010
Full & Egal Universal Law Academy