10.12.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 362/8
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla Awla) tal-20 ta’ Ottubru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sozialgericht Nürnberg — il-Ġermanja) — Juan Pérez García, José Arias Neira, Fernando Barrera Castro, Dolores Verdún Espinosa bħala s-suċċessura ta’ José Bernal Fernández vs Familienkasse Nürnberg
(Kawża C-225/10) (1)
(Sigurtà soċjali - Regolament (KEE) Nru 1408/71 - Artikoli 77 u 78 - Persuni intitolati biex jieħdu pensjoni skont il-leġiżlazzjoni ta’ numru ta’ Stati Membri - Ulied b’diżabbiltà - Benefiċċji tal-familja għal wild dipendenti - Dritt għall-benefiċċji fl-Istat Membru fejn fih twettqet attività professjonali - Eżistenza ta’ dritt għall-benefiċċji fl-Istat Membru ta’ residenza - Nuqqas ta’ talba - Għażla ta’ ħlas ta’ benefiċċju għal invalidità inkompatibbli mal-benefiċċji għal wild dipendenti - Kunċett ta’ “benefiċċju għal wild dipendenti” - Żamma tad-drittijiet miksuba fl-Istat Membru fejn fih twettqet attività professjonali)
2011/C 362/11
Lingwa tal-kawża: il-Ġermanja
Qorti tar-rinviju
Sozialgericht Nürnberg
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Juan Pérez García, José Arias Neira, Fernando Barrera Castro, Dolores Verdún Espinosa bħala s-suċċessura ta’ José Bernal Fernández
Konvenut: Familienkasse Nürnberg
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Sozialgericht Nürnberg — Interpretazzjoni tal-Artikoli 77 u 78 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità (Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 35) — Benefiċċji għal ulied b’diżabbiltà ta’ benefiċjarji ta’ pensjonijiet skont il-leġiżlazzjoni ta’ numru ta’ Stati Membri u benefiċċji għall-orfni suġġetti għal-leġiżlazzjoni ta’ numru ta’ Stati Membri — Dritt għal ħlas addizzjonali mill-Istat ta’ impjieg fil-każ fejn il-benefiċċji għat-tfal tal-Istat ta’ residenza huma ogħla minn iżda mhux kompatibbli ma’ benefiċċju għall-invalidità mhux kontributorju li ntgħażel mill-persuna kkonċernata
Dispożittiv
(1)
L-Artikoli 77(2)(b)(i) u 78(2)(b)(i) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità, kif emendat u aġġornat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 118/97, tat-2 ta’ Diċembru 1996, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1992/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-18 ta’ Diċembru 2006, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-persuni intitolati għal pensjoni tax-xjuħija u/jew ta’ invalidità, jew l-orfni ta’ ħaddiem li miet, li kienu suġġetti għal-leġizlazzjoni ta’ diversi Stati Membri, iżda li d-drittijiet għal pensjoni kif ukoll tal-orfni huma bbażati biss fuq il-leġiżlazzjoni ta’ dak li kien l-Istat Membru ta’ impjieg, għandhom id-dritt li jitolbu lill-awtoritajiet kompetenti ta’ dak l-Istat l-ammont sħiħ tal-allowances tal-familja previsti minn din il-leġiżlazzjoni għall-ulied b’diżabbiltà, anki jekk dawn ma jkunux talbu fl-Istat Membru ta’ residenza sabiex jibbenefikaw minn allowances simili ta’ ammont ogħla previsti mil-leġiżlazzjoni ta’ dan l-aħħar Stat, minħabba li huma għażlu l-għoti ta’ benefiċċju ieħor għall-persuni b’diżabbiltà li huwa inkompatibbli ma’ dawn, billi d-dritt għall-allowances tal-familja f’dak li kien l-Istat Membru ta’ impjieg kien miksub biss taħt il-leġiżlazzjoni ta’ dan tal-aħħar.
(2)
Ir-risposta għat-tielet domanda hija identika għal dik mogħtija lill-ewwel żewġ domandi billi, taħt il-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru ta’ residenza, il-persuni kkonċernati ma jistgħux jagħżlu l-ħlas tal-allowances tal-familja f’dan l-Istat.
(1) ĠU C 221, 14.08.2010.
Full & Egal Universal Law Academy