30.4.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 130/8
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-3 ta’ Marzu 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour de cassation du Grand-Duché de Luxembourg (il-Lussemburgu)) — David Claes vs Landsbanki Luxembourg SA, fi stralċ
(Kawżi magħquda C-235/10 sa C-239/10) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika soċjali - Direttiva 98/59/KE - Tkeċċijiet kollettivi - Terminazzjoni b’effett immedjat tal-kuntratt ta’ impjieg wara deċiżjoni ġudizzjarja li tordna x-xoljiment u l-istralċ tal-persuna ġuridika li tħaddem - Nuqqas ta’ konsultazzjoni mar-rappreżentanti tal-ħaddiema - Assimilazzjoni tal-istralċjarju ma’ min iħaddem)
2011/C 130/14
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Cour de cassation du Grand-Duché de Luxembourg
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: David Claes (C-235/10), Sophie Jeanjean (C-236/10), Miguel Rémy (C-237/10), Volker Schneider (C-238/10), Xuan-Mai Tran (C-239/10)
Konvenuta: Landsbanki Luxembourg SA, fi stralċ
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Cour de cassation (il-Lussemburgu) — Interpretazzjoni tal-Artikoli 1, 2 u 3 tad-Direttiva tal-Kunsill 98/59/KE, tal-20 ta’ Lulju 1998, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar redundancies kollettivi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 327) — Dispożizzjonijiet nazzjonali li jipprovdu li b’effett immedjat jiġi tterminat il-kuntratt ta’ impjieg wara dikjarazzjoni ġudizzjarja ta’ falliment li tirriżulta mill-waqfien tan-negozju — Nuqqas ta’ konsultazzjoni mar-rappreżentanti tal-ħaddiema qabel dawn it-tkeċċijiet — Assimilazzjoni tal-istralċjarju tal-falliment ma’ min iħaddem.
Dispożittiv
(1)
L-Artikoli 1 sa 3 tad-Direttiva tal-Kunsill 98/59/KE, tal-20 ta’ Lulju 1998, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar redundancies kollettivi, għandhom jiġu interpretati fis-sens li japplikaw għall-waqfien tal-attivitajiet ta’ stabbiliment li jħaddem bħala riżultat ta’ deċiżjoni ġudizzjarja li tordna x-xoljiment u l-istralċ tiegħu minħabba insolvenza, anki jekk, fil-każ ta’ tali waqfien, il-leġiżlazzjoni nazzjonali tipprovdi għat-terminazzjoni b’effett immedjat tal-kuntratti tal-impjieg tal-ħaddiema.
(2)
Sa meta jkun hemm it-tmiem definittiv tal-personalità ġuridika ta’ stabbiliment li fir-rigward tiegħu jkunu ġew ordnati x-xoljiment u l-istralċ, l-obbligi taħt l-Artikoli 2 u 3 tad-Direttiva 98/59 għandhom jiġu sodisfatti. L-obbligi ta’ min iħaddem taħt dawn l-artikoli għandhom jitwettqu mill-amministrazzjoni tal-istabbiliment inkwistjoni, meta dan ikun għadu jopera, anki jekk b’poteri limitati fir-rigward tal-ġestjoni ta’ dan l-istabbiliment, jew mill-istralċjarju tiegħu, kemm-il darba dan l-istralċjarju jassumi l-ġestjoni tal-imsemmi stabbiliment fl-intier tagħha.
(1) ĠU C 209, 31.07.2010.
Full & Egal Universal Law Academy