29.10.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 319/9
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-15 ta’ Settembru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Baden-Württemberg — il-Ġermanja) — Cathy Schulz-Delzers, Pascal Schulz vs Finanzamt Stuttgart III
(Kawża C-240/10) (1)
(Moviment liberu tal-persuni - Nondiskriminazzjoni u ċittadinanza tal-Unjoni - Taxxa fuq id-dħul - Teħid inkunsiderazzjoni tal-allowances ta’ espatrijazzjoni fil-kuntest tal-kalkolu ta’ rata tat-taxxa tat-tassazzjoni applikabbli għal dħul ieħor skont skala ta’ tassazzjoni progressiva - Teħid inkunsiderazzjoni tal-allowances mogħtija lill-uffiċjali ta’ Stat Membru ieħor li jwettqu l-funzjonijiet tagħhom fit-territorju nazzjonali - Nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni ta’ allowances mogħtija lill-uffiċjali nazzjonali li jwettqu l-funzjonijiet tagħhom barra mit-territorju nazzjonali - Paragunabbiltà)
2011/C 319/14
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Finanzgericht Baden-Württemberg
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Cathy Schulz-Delzers, Pascal Schulz
Konvenuta: Finanzamt Stuttgart III
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Finanzgericht Baden-Württemberg — Interpretazzjoni tal-Artikoli 18, 21 u 45 TFUE - Leġiżlazzjoni nazzjonali dwar l-eżenzjoni mit-taxxa fuq id-dħul ta’ allowances ta’ espatrijazzjoni mogħtija lill-persuni taxxabbli impjegati minn persuna ġuridika rregolata mid-dritt pubbliku nazzjonali li għandha salarju minn fond pubbliku nazzjonali — Nuqqas ta’ tali eżenzjoni fir-rigward ta’ allowances imħallsa lill-persuni taxxabbli impjegati fit-territorju nazzjonali minn persuna ġuridika rregolata mid-dritt pubbliku ta’ Stat Membru ieħor li għandha salarju minn fond pubbliku ta’ dan l-Istat l-ieħor
Dispożittiv
L-Artikolu 39 KE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix dispożizzjoni bħall-Artikolu 3(64) tal-liġi dwar it-taxxa fuq id-dħul (Einkommensteuergesetz), li tipprovdi li allowances bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, mogħtija lil uffiċjal ta’ Stat Membru li jaħdem fi Stat Membru ieħor sabiex jikkumpensaw it-telf tal-poter ta’ akkwist fil-post tax-xogħol, ma jittiħdux inkunsiderazzjoni għall-finijiet tad-determinazzjoni tar-rata tat-taxxa applikabbli fl-ewwel Stat Membru għal dħul ieħor tal-persuna taxxabbli jew tal-konjuġi tagħha, filwaqt li allowances ekwivalenti mogħtija lil uffiċjal ta’ dan l-Istat Membru l-ieħor li jaħdem fit-territorju tal-ewwel Stat Membru jittieħdu inkunsiderazzjoni għall-finijiet tad-determinazzjoni ta’ din ir-rata tat-taxxa.
(1) ĠU C 221, 14.8.2010.
Full & Egal Universal Law Academy