18.2.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 49/5
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-21 ta’ Diċembru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia — L-Italja) — ENEL Produzione SpA vs Autorità per l'energia elettrica e il gas
(Kawża C-242/10) (1)
(Direttiva 2003/54/KE - Suq intern tal-elettriku - Stallazzjonijiet ta’ ġenerazzjoni tal-elettriku essenzjali għat-tħaddim tan-netwerk tal-elettriku - Obbligu li jiġu ppreżentati offerti fis-swieq tal-borża nazzjonali tal-elettriku b’mod konformi mal-limiti u mal-kriterji stabbiliti mill-operatur tan-netwerk tat-trasport u tad-distribuzzjoni tal-enerġija elettrika - Servizz ta’ dispaċċ u ta’ bbilanċjar - Obbligi ta’ servizz pubbliku)
2012/C 49/09
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: ENEL Produzione SpA
Konvenuta: Autorità per l'energia elettrica e il gas
Fil-preżenza ta’: Terna rete elettrica nazionale SpA
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia — Interpretazzjoni tal-Artikoli 23, 43, 49 u 56 KE u tal-Artikolu 11(2) u (6) u tal-Artikolu 24 tad-Direttiva 2003/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ġunju 2003, dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li tħassar id-Direttiva 96/92/KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 12, Vol. 2, p. 211) — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tobbliga lill-produtturi tal-enerġija elettrika sabiex josservaw, fil-formulazzjoni tal-offerti ta’ provvista ta’ elettriku, regoli stabbiliti mill-kumpannija li tiġġestixxi n-netwerk tat-trasport u ta’ distribuzzjoni tal-enerġija elettrika
Dispositif
Id-Direttiva 2003/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ġunju 2003, dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li tħassar id-Direttiva 96/92/KE, u b’mod partikolari l-Artikoli 3(2) u 11(2) u (6) ta’ din tal-aħħar, għandha tiġi interpretata fis-sens li hija ma tipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li, għall-finijiet tat-tnaqqis tal-prezz tal-elettriku fl-interess tal-konsumatur finali u tas-sigurtà tan-netwerk tal-elettriku, timponi fuq l-operaturi li jkollhom stallazzjonijiet jew gruppi ta’ stallazzjonijiet ikkunsidrati, skont kriterji definiti mill-awtorità regolatorja nazzjonali, bħala essenzjali sabiex jiġu sodisfatti l-bżonnijiet tat-talba tal-elettriku tas-servizzi tad-dispaċċ, l-obbligu li jippreżentaw offerti fuq is-swieq nazzjonali tal-elettriku skont kundizzjonijiet stabbiliti minn qabel minn dik l-awtorità, sakemm tali leġiżlazzjoni ma tmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħaq l-obbjettiv segwit minnha. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika jekk, fil-kawża prinċipali, ġietx sodisfatta dik il-kundizzjoni.
(1) ĠU C 209, 31.07.2010.
Full & Egal Universal Law Academy