12.1.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 9/5
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-15 ta’ Novembru 2012 — Zhejiang Aokang Shoes Co., Ltd vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Wenzhou Taima Shoes Co., Ltd, Il-Kummissjoni Ewropea, Confédération européenne de l’industrie de la chaussure (CEC), BA.LA. di Lanciotti Vittorio & C. Sas
(Kawża C-247/10 P) (1)
(Appell - Dumping - Regolament (KE) Nru 1472/2006 - Importazzjoni ta’ ċerti tipi ta’ lbies għar-riġlejn bil-parti ta’ fuq tal-ġilda li joriġinaw miċ-Ċina u l-Vjetnam - Regolament (KE) Nru 384/96 - Artikolu 2(7)(b) - L-istatus ta’ impriża li topera fil-kundizzjonijiet ta’ ekonomija tas-suq - Artikolu 9(6) - Trattament individwali - Artikolu 17(3) - Teħid ta’ kampjuni - Artikolu 20(5) - Drittijiet tad-difiża)
2013/C 9/05
Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż
Partijiet
Appellant: Zhejiang Aokang Shoes Co., Ltd (rappreżentant: M. Sánchez Rydelski, Rechtsanwalt)
Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-P. Hix u R. Szostak, aġenti, assistit minn G. Berrisch, Rechtsanwalt u N. Chesaites, Barrister), Wenzhou Taima Shoes Co., Ltd, Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. van Vliet u T. Scharf, aġenti), Confédération européenne de l’industrie de la chaussure (CEC), BA.LA. di Lanciotti Vittorio & C. Sas
Suġġett
Appell imressaq kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tal-4 ta’ Marzu 2010 fil-kawżi magħquda T-407/06, Zhejiang Aokang Shoes Co., Ltd u T-408/06, Wenzhou Taima Shoes Co., vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, li permezz tagħhom il-Qorti Ġenerali ċaħdet rikors għall-annullament parzjali tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1472/2006, tal-5 ta’ Ottubru 2006, (li) jimponi dazju anti-dumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjoni ta’ ċerti tipi ta’ lbies għar-riġlejn bil-parti ta’ fuq tal-ġilda li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u l-Vjetnam (ĠU L 352M, 31.12.2008, p. 485)
Dispożittiv
(1)
Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal-4 ta’ Marzu 2010, Zhejiang Aokang Shoes u Wenzhou Taima Shoes vs Il-Kunsill (T-407/06 u T-408/06), hija annullata.
(2)
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1472/2006, tal-5 ta’ Ottubru 2006, (li) jimponi dazju anti-dumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjoni ta’ ċerti tipi ta’ lbies għar-riġlejn bil-parti ta’ fuq tal-ġilda li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u l-Vjetnam, huwa annullat sa fejn dan jikkonċerna lil Zhejiang Aokang Shoes Co. Ltd.
(3)
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat ibati l-ispejjeż esposti minn Zhejiang Aokang Shoes Co. Ltd. kemm fl-ewwel instanza kif ukoll fil-kuntest tal-proċeduri preżenti.
(4)
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha esposti kemm fl-ewwel instanza kif ukoll dawk fil-kuntest tal-proċeduri preżenti.
(1) ĠU C 209, 31.7.2010
Full & Egal Universal Law Academy