17.3.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 80/3
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-2 ta’ Frar 2012 — Brosmann Footwear (HK) Ltd, Seasonable Footwear (Zhongshan) Ltd, Lung Pao Footwear (Guangzhou) Ltd, Risen Footwear (HK) Co. Ltd vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea, Confédération européenne de l’industrie de la chaussure (CEC)
(Kawża C-249/10 P) (1)
(Appell - Dumping - Regolament (KE) Nru 1472/2006 - Importazzjoni ta’ ċerti tipi ta’ lbies għar-riġlejn bil-parti ta’ fuq tal-ġilda li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-(Ċina u l-Vjetnam - Regolament (KE) Nru 384/96 - Artikoli 2(7), 9(5), u 17(3) - L-istatus ta’ impriża li topera fil-kundizzjonijiet ta’ ekonomija tas-suq - Trattament individwali - Teħid ta’ kampjuni)
2012/C 80/04
Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Brosmann Footwear (HK) Ltd, Seasonable Footwear (Zhongshan) Ltd, Lung Pao Footwear (Guangzhou) Ltd, Risen Footwear (HK) Co. Ltd (rappreżentanti: L. Ruessmann, A. Willems, S. De Knop, C. Dackö, avukati)
Appellata: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-P. Hix, R. Szostak, aġenti, G. Berrisch, Rechtsanwalt, N. Chesaites, Barrister), Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Scharf u H. van Vliet, aġenti), Confédération européenne de l’industrie de la chaussure (CEC)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tal-4 ta’ Marzu 2010 fil-Kawża T-401/06, Brosmann Footwear (HK) Ltd et vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea li biha l-Qorti Ġenerali tiċħad rikors intiż għall-annullament parzjali tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1472/2006, tal-5 ta’ Ottubru 2006, [li] jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjoni ta’ ċerti tipi ta’ lbies għar-riġlejn [żraben] bil-parti ta’ fuq tal-ġilda li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u l-Vjetnam (ĠU L 352M, p 485)
Dispożittiv
(1)
Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal-4 ta’ Marzu 2010, Brosmann Footwear (HK) et vs Il-Kunsill (T-401/06) hija annullata.
(2)
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1472/2006, tal-5 ta’ Ottubru 2006, [li] jimponi dazju anti-dumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjoni ta’ ċerti tipi ta’ lbies għar-riġlejn bil-parti ta’ fuq tal-ġilda li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u l-Vjetnam, huwa annullat sa fejn jikkonċerna Brosmann Footwear (HK) Ltd, Seasonable Footwear (Zhongshan) Ltd, Lung Pao Footwear (Guangzhou) Ltd u Risen Footwear (HK) Co. Ltd.
(3)
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat ibati l-ispejjeż sostnuti minn Brosmann Footwear (HK) Ltd, Seasonable Footwear (Zhongshan) Ltd, Lung Pao Footwear (Guangzhou) Ltd u Risen Footwear (HK) Co. Ltd kemm fl-ewwel istanza kif ukoll fil-kuntest tal-proċeduri preżenti.
(4)
Il-Kummissjoni Ewropea u l-Confédération européenne de l’industrie de la chaussure (CEC) għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kemm fl-ewwel istanza kif ukoll fil-kuntest tal-proċeduri preżenti.
(1) ĠU C 209, 31.07.2010
Full & Egal Universal Law Academy