17.11.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 355/4
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-6 ta’ Settembru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzhof — il-Ġermanja) — Döhler Neuenkirchen GmbH vs Hauptzollamt Oldenburg
(Kawża C-262/10) (1)
(Kodiċi Doganali tal-Komunità - Regolament (KEE) Nru 2913/92 - Artikolu 204(1)(a) - Proċedura tal-ipproċessar tad-dħul - Sistema ta’ sospensjoni - Tnissil ta’ dejn doganali - Nuqqas ta’ eżekuzzjoni tal-obbligu ta’ preżentazzjoni tal-polza għar-rilaxx tal-merkanzija fit-terminu preskritt)
2012/C 355/04
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesfinanzhof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Döhler Neuenkirchen GmbH
Konvenuta: Hauptzollamt Oldenburg
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Bundesfinanzhof — Interpretazzjoni tal-Artikolu 204(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307), u tal-Artikolu 859(9) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93, tat-2 ta’ Lulju 1993, li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 6, p. 3), kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 993/2001 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 11, p. 286) — Ksur tal-obbligu ta’ preżentazzjoni, fit-termini previsti, tal-polza għar-rilaxx tal-merkanzija taħt il-proċedura tal-ipproċessar tad-dħul — Ammissibbiltà tat-tnissil tad-dejn doganali għall-merkanzija kollha li tkun ibbenefikat mill-proċedura tal-ipproċessar tad-dħul bħala sanzjoni għal dan in-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu
Dispożittiv
L-Artikolu 204(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 648/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ April 2005, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-ksur tal-obbligu li tiġi ppreżentata l-polza għar-rilaxx tal-merkanzija lill-uffiċċju ta’ sorveljanza fit-30 jum mill-iskadenza tat-terminu għar-rilaxx, previst fl-ewwel inċiż tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 521(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93, tat-2 ta’ Lulju 1993, li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament Nru 2913/92, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 214/2007, tat-28 ta’ Frar 2007, iwassal għat-tnissil ta’ dejn doganali fir-rigward tal-merkanziji kollha importati li għandhom jiġu rilaxxati, inklużi dawk li ġew esportati mill-ġdid barra mit-territorju tal-Unjoni Ewropea, sa fejn il-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 859(9) tal-imsemmi Regolament Nru 2454/93 jitqiesu bħala li ma humiex sodisfatti.
(1) ĠU C 246, 11.09.2010.
Full & Egal Universal Law Academy