10.9.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 269/16
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-7 ta’ Lulju 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari mit-Tribunalul Gorj — ir-Rumanija) — Iulian Andrei Nisipeanu vs Direcția Generală a Finanțelor Publice Gorj, Administrația Finanțelor Publice Targu-Cărbunești, Administrația Fondului pentru Mediu
(Kawża C-263/10) (1)
(Taxxi interni - Artikolu 110 TFUE - Taxxa fuq it-tniġġis imposta fuq l-ewwel reġistrazzjoni ta’ karozzi)
2011/C 269/25
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Tribunalul Gorj
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Iulian Andrei Nisipeanu
Konvenuti: Direcția Generală a Finanțelor Publice Gorj, Administrația Finanțelor Publice Targu-Cărbunești, Administrația Fondului pentru Mediu
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunalul Gorj — Reġistrazzjoni ta’ vetturi użati li qabel kienu rreġistrati fi Stati Membri oħra — Taxxa ambjentali fuq il-karozzi meta jiġu rreġistrati għall-ewwel darba fi Stat Membru — Kwalifikazzjoni tat-kriterju tad-“data tal-ewwl reġistrazzjoni” — Kompatibbiltà tal-leġiżlazzjoni nazzjonali mal-Artikolu 110 TFUE — Validità tal-eżenzjoni mill-ħlas tat-taxxa, introdotta għal ċerti kategoriji ta’ vetturi — Applikazzjoni eventwali tal-prinċipju ta’ “min iniġġes iħallas”
Dispożittiv
L-Artikolu 110 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludu li Stat Membru idaħħal taxxa fuq it-tniġġis imposta fuq karozzi meta jiġu rreġistrati għall-ewwel darba f’dan l-Istat Membru, jekk din it-taxxa hija stabbilita b’tali mod li tiskoraġġixxi t-tqegħid fiċ-ċirkolazzjoni fl-imsemmi Stat Membru, ta’ vetturi użati mixtrija fi Stati Membri oħra, mingħajr madankollu ma tiskoraġġixxi x-xiri ta’ vetturi użati tal-istess età u li huma fl-istess kundizzjoni fis-suq nazzjonali.
(1) ĠU C 234, 28.08.2010
Full & Egal Universal Law Academy