25.6.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 186/8
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-5 ta’ Mejju 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju
(Kawża C-265/10) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Regolament (KE) Nru 1907/2006 - Sustanzi kimiċi - Reġistrazzjoni, valutazzjoni, awtorizzazzjoni ta’ dawn is-sustanzi u restrizzjonijiet applikabbli għalihom - Regolament REACH - Artikolu 126 - Sistema ta’ sanzjonijiet fil-każ ta’ ksur ta’ dispożizzjonijiet tar-Regolament REACH - Nuqqas ta’ implementazzjoni fit-terminu previst)
2011/C 186/13
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Oliver u M. van Beek, aġenti)
Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentanti: T. Materne u L. Van den Broeck, aġenti)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 126 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-18 ta’ Diċembru 2006, dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, p. 1) — Sanzjonijiet li japplikaw fil-każ ta’ ksur tar-Regolament REACH
Dispożittiv
(1)
Billi ma adottax il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji għall-implementazzjoni tas-sanzjonijiet li japplikaw għall-ksur tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-18 ta’ Diċembru 2006, dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni, ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 126 tal-imsemmi regolament.
(2)
Ir-Renju tal-Belġju huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 221, 14.08.2010.
Full & Egal Universal Law Academy