27.8.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 252/5
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-30 ta’ Ġunju 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Raad van State van België — il-Belġju) — Vereniging van Educatieve en Wetenschappelijke Auteurs (VEWA) vs Belgische Staat
(Kawża C-271/10) (1)
(Direttiva 92/100/KEE - Drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati - Self pubbliku - Remunerazzjoni tal-awturi - Dħul adegwat)
2011/C 252/07
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Raad van State van België
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Vereniging van Educatieve en Wetenschappelijke Auteurs (VEWA)
Konvenut: Belgische Staat
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Raad van State van België — Interpretazzjoni tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/100/KEE, tad-19 ta’ Novembru 1992, dwar dritt ta’ kiri u dritt ta’ self u dwar ċerti drittijiet relatati mad-drittijiet tal-awtur fil-qasam tal-proprjetà intellettwali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 120) (li sar l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2006/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2006) (ĠU L 376, p. 28) — Remunerazzjoni tal-awturi fil-każ ta’ self pubbliku — Remunerazzjoni suffiċjenti
Dispożittiv
L-Artikolu 5(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/100/KEE, tad-19 ta’ Novembru 1992, dwar dritt ta’ kiri u dritt ta’ self u dwar ċerti drittijiet relatati mad-drittijiet tal-awtur fil-qasam tal-proprjetà intellettwali, jipprekludi leġiżlazzjoni, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tistabbilixxi sistema li abbażi tagħha r-remunerazzjoni dovuta lill-awturi fil-każ ta’ self pubbliku hija kkalkolata esklużivament skont in-numru ta’ persuni li jissellfu rreġistrati fl-istabbilimenti pubbliċi, abbażi ta’ somma f’daqqa ffissata għal kull persuna li tissellef u fis-sena.
(1) ĠU C 234, 28.08.2010.
Full & Egal Universal Law Academy