26.2.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 63/12
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-22 ta’ Diċembru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ċeka
(Kawża C-276/10) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ambjent - Direttiva 2006/118/KE - Protezzjoni tal-ilmijiet ta’ taħt l-art kontra t-tniġġis u d-deterjorament - Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst)
2011/C 63/21
Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Pardo Quintillán u L. Jelínek, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentanti: M. Smolek u J. Jirkalová, aġenti)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas li jadotta jew jinnotifika, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2006/118/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2006, dwar il-protezzjoni tal-ilma ta’ taħt l-art kontra t-tniġġiż u d-deterjorament (ĠU L 372, p. 19)
Dispożittiv
(1)
Billi ma adottatx, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva 2006/118/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2006, dwar il-protezzjoni tal-ilma ta’ taħt l-art kontra t-tniġġiż u d-deterjorament, ir-Repubblika Ċeka naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 12 ta’ din id-direttiva.
(2)
Ir-Repubblika Ċeka hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 209, 31.07.2010
Full & Egal Universal Law Academy