10.12.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 362/9
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-20 ta’ Ottubru 2011 — PepsiCo, Inc vs Grupo Promer Mon Graphic SA, L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
(Kawża C-281/10 P) (1)
(Appell - Regolament (KE) Nru 6/2002 - Artikoli 5, 6, 10 u 25(1)(d) - Disinn Komunitarju - Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta oġġetti promozzjonali ċirkulari - Disinn Komunitarju preċedenti - Impressjoni ġenerali differenti - Grad ta’ libertà tad-disinjatur - Utent informat - Portata tal-istħarriġ ġudizzjarju - Żnaturament tal-fatti)
2011/C 362/12
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: PepsiCo, Inc. (rappreżentanti: E. Armijo Chávarri, avukat, V. von Bomhard, avukat)
Appellat: Grupo Promer Mon Graphic SA (rappreżentant: R. Almaraz Palmero, avukat), L-Uffiċċju għall-Armonizzazjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla), tat-18 ta’ Marzu 2010, fil-Kawża T-9/07 (Grupo Promer Mon Graphic vs UASI-PepsiCo), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali laqgħet rikors għal annullament ippreżentat mill-proprjetarju tad-disinn jew tal-mudell Komunitarju Nru 53186 1 kontra d-deċiżjoni R 1001/2005-3 tat-Tielet Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI), tas-27 ta’ Ottubru 2006, li tannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni li tiddikjara l-invalidità tad-disinn jew tal-mudell Nru 74463 1 (artikoli promozzjonali għal-logħob)
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
PepsiCo Inc. hija kkundannata għall ispejjeż.
(1) ĠU C 234, 28.08.2010
Full & Egal Universal Law Academy