30.7.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 226/7
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tad-9 ta’ Ġunju 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Supremo — Spanja) — Campsa Estaciones de Servicio SA vs Administración del Estado
(Kawża C-285/10) (1)
(Sitt Direttiva tal-VAT - Artikoli 11A(1) u 27 - Ammont taxxabbli - Estensjoni tar-regoli rigward l-applikazzjoni għal użu privat għat-tranżazzjonijiet bejn partijiet relatati fil-każ ta’ prezzijiet manifestament inqas mill-prezzijiet fis-suq miftuħ)
2011/C 226/11
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Tribunal Supremo
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Campsa Estaciones de Servicio SA
Konvenuta: Administración del Estado
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunal Supremo — Interpretazzjoni tal-Artikoli 6, 11 u 27 tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23) — Estensjoni tar-regoli dwar konsum intern għal transazzjonijiet bejn entitajiet relatati fil-każ ta’ prezzijiet manifestament inqas mill-valur normali tas-suq.
Dispożittiv
Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi lil Stat Membru milli japplika, fir-rigward ta’ tranżazzjonijiet bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali mwettqa bejn partijiet relatati li jkunu ftiehmu prezz manifestament inqas mill-prezz fis-suq miftuħ, regola dwar id-determinazzjoni tal-ammont taxxabbli differenti mir-regola ġenerali prevista fl-Artikolu 11(A)(1)(a) ta’ din id-direttiva, billi jestendi għal tali tranżazzjonijiet l-applikazzjoni tar-regoli dwar id-determinazzjoni tal-ammont taxxabbli li jikkonċernaw l-applikazzjoni jew l-użu ta’ oġġetti u servizzi għall-ħtiġijiet privati tal-persuna taxxabbli, fis-sens tal-Artikoli 5(6) u 6(2) tal-imsemmija direttiva, u dan f’sitwazzjoni fejn dan l-Istat Membru ma jkunx segwa l-proċedura prevista fl-Artikolu 27 ta’ din l-istess direttiva sabiex tinkiseb l-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni ta’ tali miżura li tidderoga mill-imsemmija regola ġenerali.
(1) ĠU C 246, 11.09.2010.
Full & Egal Universal Law Academy