26.2.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 63/12
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-22 ta’ Diċembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal administratif — il-Lussemburgu) — Tankreederei I SA vs Directeur de l'administration des contributions directes
(Kawża C-287/10) (1)
(Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Moviment liberu tal-kapital - Kreditu tat-taxxa għall-investiment - Għoti marbut mat-tħaddim fiżiku tal-investiment fit-territorju nazzjonali - Tħaddim ta’ dgħajjes tax-xmara użati fi Stati Membri oħra)
2011/C 63/22
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal administratif
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Tankreederei I SA
Konvenut: Directeur de l'administration des contributions directes
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunal administratif de Luxembourg — Interpretazzjoni tal-Artikoli 49 u 56 KE — Kreditu ta’ taxxa għall-investiment — Leġiżlazzjoni li tirriżerva l-benefiċċju ta’ tali kreditu bil-kundizzjoni li l-investiment isir fi stabbiliment li jinsab fit-territorju nazzjonali u jitħaddem fiżikament fuq dan it-territorju — Kumpannija li teżerċita attività ta’ traffiku marittimu internazzjonali, stabbilita u taxxabbli fil-Lussemburgu, iżda li għamlet investiment li jikkonsisti fix-xiri ta’ beni użati prinċipalment barra mit-territorju nazzjonali — Ostakolu għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi u għal-moviment liberu tal-kapital
Dispożittiv
L-Artikolu 56 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjoni ta’ Stat Membru li bis-saħħa tagħha jiġi rrifjutat il-benefiċċju ta’ kreditu tat-taxxa lil impriża stabbilita unikament f’dan l-Istat Membru, għar-raġuni biss li l-assi ta’ investiment, li bis-saħħa tagħhom ikun qed jintalab dan il-kreditu, ikunu qed jitħaddmu fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor.
(1) ĠU C 221, 14.08.2010.
Full & Egal Universal Law Academy