16.7.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 211/6
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-26 ta’ Mejju 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landesgericht Innsbruck — l-Awstrija) — Gebhard Stark vs DAS Österreichische Allgemeine Rechtsschutzversicherung AG
(Kawża C-293/10) (1)
(Assigurazzjoni għall-ispejjeż legali - Direttiva 87/344/KEE - Artikolu 4(1) - Għażla libera ta’ avukat mill-persuna assigurata - Limitazzjoni tar-rimbors mogħti abbażi tal-ispejjeż marbuta mar-rappreżentanza legali tal-persuna assigurata - Rimbors limitat għall-ammont li jikkorrispondi għal dak mitlub minn avukat stabbilit fid-distrett ġudizzjarju tal-qorti tal-ewwel istanza kompetenti)
2011/C 211/08
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Landesgericht Innsbruck
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Gebhard Stark
Konvenuta: DAS Österreichische Allgemeine Rechtsschutzversicherung AG
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Landesgericht Innsbruck — Interpretazzjoni tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 87/344/KEE, tat-22 ta’ Ġunju 1987, dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi rigward l-assigurazzjoni għall-ispejjeż legali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 187) — Kuntratt ta’ assigurazzjoni li jipprovdi, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali, li persuna li għandha assigurazzjoni għall-ispejjeż legali hija marbuta tagħżel avukat stabbilit fil-post fejn tinsab il-qorti kompetenti.
Dispożittiv
L-Artikolu 4(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 87/344/KEE, tat-22 ta’ Ġunju 1987, dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi rigward l-assigurazzjoni għall-ispejjeż legali, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix dispożizzjoni nazzjonali li, bis-saħħa tagħha, il-persuna assigurata għall-ispejjeż legali tkun tista’ tagħżel biss, għar-rappreżentanza tal-interessi tagħha fi proċeduri amministrattivi jew ġudizzjarji, persuna awtorizzata professjonalment għal dan, li jkollha l-uffiċċju legali tagħha fil-post fejn tinsab il-qorti jew l-amministrazzjoni kompetenti fl-ewwel istanza, sakemm sabiex ma tiġix ippreġudikata l-libertà tal-għażla, tal-persuna assigurata, tal-persuna inkarigata sabiex tirrappreżentaha, din il-limitazzjoni tkun tirrigwarda biss il-firxa tal-kopertura, mill-assiguratur tal-ispejjeż legali, tal-ispejjeż marbuta mal-intervent ta’ rappreżentant u li l-kumpens effettivament imħallas minn dan l-assiguratur ikun suffiċjenti, ħaġa li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika.
(1) ĠU C 274, 09.10.2010.
Full & Egal Universal Law Academy