8.12.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 379/2
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-18 ta’ Ottubru 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq
(Kawża C-301/10) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Tniġġis u inkonvenjenzi - Trattament tal-ilma urban mormi - Direttiva 91/271/KEE - Artikoli 3, 4 u 10 - Anness I(A) u (B))
2012/C 379/02
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: Pardo Quintillán, A.-A. Gilly u A. Demeneix, aġenti)
Konvenuti: Ir-Renju tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: L. Seeboruth, aġent, assistit minn D. Anderson QC, S. Ford u B. McGurk, barristers)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 3(1) u (2), 4(1) u (3), u 10 kif ukoll l-Anness I(A) u (B) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE, dwar it-trattament tal-ilma urban mormi (ĠU, Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 26) — Nuqqas li jiżgura trattament xieraq ta’ ilmijiet urbani mormija ta’ diversi agglomerazzjonijiet ta’ Londra (Whitburn, Beckton, Crossness u Mogden)
Dispożittiv
(1)
Billi ma żgurax:
—
ġbir xieraq tal-ilma urban mormi ta’ agglomerazzjonijiet ta’ iktar minn 15 000 PE ta’ Sunderland (Whitburn) kif ukoll ta’ Londra (sistemi ta’ ġbir ta’ Beckton u ta’ Crossness), skont l-Artikolu 3(1) u (2), kif ukoll l-Anness I(A) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1991, dwar it-trattament tal-ilma urban mormi, u
—
trattament xieraq tal-ilma urban mormi ta’ agglomerazzjoni ta’ iktar minn 15 000 PE ta’ Londra (impjanti ta’ trattament ta’ Beckton, ta’ Crossness u ta’ Mogden), skont l-Artikolu 4(1) u (3), l-Artikolu 10, kif ukoll l-Anness I(B) tad-Direttiva 91/271,
ir-Renju Unit naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva.
(2)
Ir-Renju Unit huwa kkundannat għall-ispejjeż
(1) ĠU C 246, 11.9.2010.
Full & Egal Universal Law Academy