28.5.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 160/9
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-7 ta’ April 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu
(Kawża C-305/10) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Trasport bil-ferrovija - Direttiva 2005/47/KE - Kundizzjonijiet tax-xogħol ta’ ħaddiema mobbli assenjati għal servizzi transkonfinali interoperabbli fis-settur tal-ferroviji - Ftehim tal-imsieħba soċjali settorjali fuq livell Ewropew - Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst)
2011/C 160/08
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Peere u M. van Beek, aġenti)
Konvenut: Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu (rappreżentant: C. Schiltz, aġent)
Suġġett
Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Nuqqas milli jadotta u/jew jikkomunika, fit-termini previsti, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi previsti bid-Direttiva tal-Kunsill 2005/47/KE, tat-18 ta’ Lulju 2005, dwar il-Ftehim bejn il-Komunità ta’ Ferroviji Ewropej (CER) u l-Federazzjoni Ewropea għall-Ħaddiema tat-Trasport (ETF) dwar ċerti aspetti tal-kondizzjonijiet tax-xogħol ta’ ħaddiema mobbli assenjati għal servizzi trans-konfini interoperabbli fis-settur tal-ferroviji (ĠU L 164M, p. 317)
Dispożittiv
(1)
Billi ma adottax, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Kunsill 2005/47/KE, tat-18 ta’ Lulju 2005, dwar il-Ftehim bejn il-Komunità ta’ Ferroviji Ewropej (CER) u l-Federazzjoni Ewropea għall-Ħaddiema tat-Trasport (ETF) dwar ċerti aspetti tal-kondizzjonijiet tax-xogħol ta’ ħaddiema mobbli assenjati għal servizzi trans-konfini interoperabbli fis-settur tal-ferroviji, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva.
(2)
Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 234, 28.08.2010.
Full & Egal Universal Law Academy