8.10.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 298/9
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-28 ta’ Lulju 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgerichtshof — l-Awstrija) — Agrana Zucker GmbH vs Bundesminister für Land- und Forstwirtschaft, Umwelt und Wasserwirtschaft
(Kawża C-309/10) (1)
(Zokkor - Skema temporanja għar-ristrutturar tal-industrija taz-zokkor fil-Komunità Ewropea - Regolament (KE) Nru 320/2006 - Artikolu 11 - Eċċess ta’ dħul għall-fond għar-ristrutturar - Assenjazzjoni lill-FAEG - Prinċipji ta’ attribuzzjoni tal-kompetenzi u ta’ proporzjonalità - Obbligu ta’ motivazzjoni - Arrikkiment indebitu)
2011/C 298/15
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Verwaltungsgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Agrana Zucker GmbH
Konvenut: Bundesminister für Land- und Forstwirtschaft, Umwelt und Wasserwirtschaft
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Verwaltungsgerichtshof — Interpretazzjoni tal-Artikolu 11 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 320/2006, tal-20 ta’ Frar 2006, li jistabbilixxi skema temporanja għar-ristrutturar tal-industrija taz-zokkor fil-Komunità u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1290/2005 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni (ĠU L 64M, p. 11) — Ġbir ta’ ammont temporanju għar-ristrutturar f’sitwazzjoni fejn il-fond ta’ ristrutturar temporanju għandu eċċess sostanzjali u fejn żieda tal-ħtiġijiet finanzjarji tidher li hija eskluża — Ekwivalenza għall-introduzzjoni ta’ taxxa ġenerali — Ksur tal-prinċipju ta’ attribuzzjoni tal-kompetenzi
Dispożittiv
(1)
L-Artikolu 11 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 320/2006, tal-20 ta’ Frar 2006, li jistabbilixxi skema temporanja għar-ristrutturar tal-industrija taz-zokkor fil-Komunità u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1290/2005 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni, għandu jiġi interpretat fis-sens li hemm lok li jinġabar l-ammont temporanju kollu, anki fl-eventwalità fejn il-fond għar-ristrutturar temporanju jesperjenza eċċess ta’ dħul.
(2)
L-eżami tat-tieni domanda preliminari magħmula ma stabbilixxa l-ebda element li jista’ jaffettwa l-validità tal-Artikolu 11 tar-Regolament Nru 320/2006.
(1) ĠU C 260, 25.09.2010.
Full & Egal Universal Law Academy