10.9.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 269/17
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-7 ta’ Lulju 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Bacău — ir-Rumanija) — Ministerul Justiției și Libertăților Cetățenești vs Ștefan Agafiței et
(Kawża C-310/10) (1)
(Drittijiet tal-paga tal-maġistrati - Diskriminazzjoni skont l-appartenenza għal kategorija soċjoprofessjonali jew tal-post tax-xogħol - Kundizzjonijiet għall-ħlas tad-dannu inkors - Direttivi 2000/43/KE u 2000/78/KE - Inapplikabbiltà - Inammissibbiltà tat-talba għal deċiżjoni preliminari)
2011/C 269/27
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Curtea de Apel Bacău
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Ministerul Justiției și Libertăților Cetățenești
Konvenuti: Ștefan Agafiței, Raluca Apetroaei, Marcel Bărbieru, Sorin Budeanu, Luminița Chiagă, Mihaela Crăciun, Sorin-Vasile Curpăn, Mihaela Dabija, Mia-Cristina Damian, Sorina Danalache, Oana-Alina Dogaru, Geanina Dorneanu, Adina-Cătălina Galavan, Gabriel Grancea, Mădălina Radu (Hobjilă), Nicolae Cătălin Iacobuț, Roxana Lăcătușu, Sergiu Lupașcu, Smaranda Maftei, Silvia Mărmureanu, Maria Oborocianu, Simona Panfil, Oana-Georgeta Pânzaru, Laurențiu Păduraru, Elena Pîrjol-Năstase, Ioana Pocovnicu, Alina Pușcașu, Cezar Ștefănescu, Roxana Ștefănescu, Ciprian Țimiraș, Cristina Vintilă
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Curtea de Apel Bacău — Interpretazzjoni tal-Artikolu 15 tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE, tad-29 ta’ Ġunju 2000, li timplimenta l-prinċipju tat-trattament ugwali bejn il-persuni irrespettivament mill-oriġini tar-razza jew etniċità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 20, Vol. 1, p. 23) — Interpretazzjoni tal-Artikolu 17 tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 79) — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi differenza fit-trattament fil-qasam tad-drittijiet tal-maġistrati fir-rigward tas-salarji, differenza ġġustifikata mill-qasam ta’ attività speċjalizzat tal-prosekuturi tad-D.N.A. (Direttorat Nazzjonali kontra l-Korruzzjoni) u tad-D.I.I.C.O.T. (Direttorat għall-Investigazzjoni tar-Reati marbuta mal-Kriminalità Organizzata u mat-Terroriżmu) — Possibbiltà ta’ diskriminazzjoni fin-nuqqas ta’ kriterji oġġettivi marbuta ma’ rekwiżit speċifiku ta’ kwalifiki ogħla — Dispożizzjonijiet nazzjonali ta’ traspożizzjoni ddikjarati antikostituzzjonali sa fejn jippermettu lill-qrati nazzjonali jannulaw atti normattivi kkunsidrati bħala diskriminatorji u jagħtu, permezz ta’ rimedju ġudizzjarju, drittijiet fir-rigward tas-salarji li mhumiex previsti mil-liġi
Dispożittiv
It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Bacău (ir-Rumanija) hija inammissibbli.
(1) ĠU C 234, 28.08.2010
Full & Egal Universal Law Academy