17.12.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 370/13
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-27 ta’ Ottubru 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja
(Kawża C-311/10) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2007/46/KE - Approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi - Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst - Traspożizzjoni mhux kompluta)
2011/C 370/20
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Zavvos u Ł. Habiak, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentant: M. Szpunar, aġent)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas li jadotta jew li jikkomunika, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ Settembru 2007, li tistabbilixxi kwadru [qafas] għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (Direttiva Kwadru [Qafas]) (ĠU L 263, p. 1).
Dispożittiv
(1)
Billi ma kkomunikatx lill-Kummissjoni Ewropea l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li jimplementaw id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ Settembru 2007, li tistabbilixxi kwadru [qafas] għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi, ir-Repubblika tal-Polonja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 48 ta’ din id-direttiva.
(2)
Billi ma adottatx, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex timplementa d-Direttiva 2007/46, ir-Repubblika tal-Polonja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 48 ta’ din id-direttiva.
(3)
Ir-Repubblika tal-Polonja hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 246, 11.09.2010.
Full & Egal Universal Law Academy