6.8.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 232/9
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-16 ta’ Ġunju 2011 — Union Investment Privatfonds GmbH vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
(Kawża C-317/10 P) (1)
(Appell - Trade mark Komunitarja - Regolament (KE) Nru 40/94 - Artikolu 8(1)(b) - Trade marks verbali UNIWEB u UniCredit Wealth Management - Oppożizzjoni mill-proprjetarju tat-trade marks verbali nazzjonali UNIFONDS u UNIRAK kif ukoll tat-trade mark figurattiva nazzjonali UNIZINS - Evalwazzjoni tal-probabbiltà ta’ konfużjoni - Probabbiltà ta’ assoċjazzjoni - Sensiela jew familja ta’ trade marks)
2011/C 232/15
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Appellanti: Union Investment Privatfonds GmbH (rappreżentanti: J. Zindel u C. Schmid, avukati)
Partijiet oħra fil-proċedura: UniCredito Italiano SpA (rappreżentant: G. Floridia, avukat), l-Uffiċċju għall-Armonizzazjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Bullock, aġent)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tas-27 ta’ April 2010 — UniCredito Italiano SpA vs UASI — Union Investment Privatfonds (Kawżi magħquda T-303/06 u T-337/06), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet it-talbiet ta’ Union Investment Privatfonds GmbH fir-rigward tar-rikorsi ppreżentati kontra żewġ deċiżjonijiet tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-5 ta’ Settembru 2006 (Każijiet maqgħuda R 196/2005-2 u R 211/2005-2) u tal-25 ta’ Settembru 2006 (Każijiet maqgħuda R 456/2005-2 u R 502/2005-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Union Investment Privatfonds GmbH u UniCredito Italiano SpA
Dispożittiv
(1)
Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tas-27 ta’ April 2010, UniCredito Italiano vs UASI — Union Investment Privatfonds (UNIWEB) (T-303/06 u T-337/06), hija annullata.
(2)
Il-kawża hija rrinvijata quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea.
(3)
L-ispejjeż huma rriżervati.
(1) ĠU C 146, 11.09.2010.
Full & Egal Universal Law Academy