22.9.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 287/2
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-5 ta’ Lulju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Cour de cassation — Il-Belġju) — Société d’investissement pour l’agriculture tropicale SA (SIAT) vs L-Istat Belġjan
(Kawża C-318/10) (1)
(Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Leġiżlazzjoni fiskali - Tnaqqis bħala spejjeż professjonali ta’ spejjeż sostnuti għar-remunerazzjoni ta’ provvisti ta’ servizzi - Spejjeż sostnuti fir-rigward ta’ fornitur ta’ servizzi stabbilit fi Stat Membru ieħor li fih ma jiġix suġġett għat-taxxa fuq id-dħul jew li fih huwa jiġi suġġett għal sistema ta’ taxxa li tkun kunsiderevolment iktar vantaġġuża - Tnaqqis suġġett għall-obbligu li tiġi prodotta l-prova tan-natura reali u ġenwina tas-servizz kif ukoll tan-natura normali tar-remunerazzjoni marbuta miegħu - Ostakolu - Ġustifikazzjoni - Ġlieda kontra l-frodi u l-evażjoni fiskali - Effikaċja tal-kontrolli fiskali - Tqassim ibbilanċjat tas-setgħa ta’ tassazzjoni bejn l-Istati Membri - Proporzjonalità)
2012/C 287/03
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Cour de cassation
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Société d’investissement pour l’agriculture tropicale SA (SIAT)
Konvenuta: L-Istat Belġjan
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Cour de cassation — Interpretazzjoni tal-Artikolu 49 KE — Leġiżlazzjoni fiskali li tawtorizza t-tnaqqis tal-ispejjeż professjonali li saru minn persuna taxxabbli residenti, iżda li ma tawtorizzax it-tnaqqis ta’ dawn l-ispejjeż jekk il-persuna taxxabbli tirrisjedi jew hija stabbilita fi Stat Membru ieħor li fih mhix suġġetta għat-taxxa fuq id-dħul jew hija suġġetta għal sistema ta’ taxxa li hija kunsiderevolment iktar vantaġġuża — Xkiel għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi
Dispożittiv
L-Artikolu 49 KE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li abbażi tagħha r-remunerazzjonijiet għal provvisti jew għal servizzi mogħtija minn kontribwent residenti lil kumpannija mhux residenti ma humiex meqjusa bħala spejjeż professjonali li jistgħu jitnaqqsu meta din tal-aħħar ma tkunx suġġetta, fl-Istat Membru li fih hija hi stabbilita, għal taxxa fuq id-dħul jew hija suġġetta, għad-dħul ikkonċernat, għal sistema ta’ tassazzjoni li tkun kunsiderevolment iktar vantaġġuża minn dik li għaliha dan id-dħul huwa suġġett fl-ewwel Stat Membru, sakemm il-kontribwent ma jurix li dawn ir-remunerazzjonijiet jikkorrispondu għal tranżazzjonijiet reali u ġenwina u li ma jeċċedux il-limiti normali, filwaqt li, skont ir-regola ġenerali, tali remunerazzjonijiet huma mnaqqsa bħala spejjeż professjonali meta huma jkunu meħtieġa għall-akkwist jew għaż-żamma tad-dħul taxxabbli li fir-rigward tiegħu l-kontribwent jiġġustifika r-realtà u l-ammont.
(1) ĠU C 246, 11.09.2010
Full & Egal Universal Law Academy