28.1.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 25/10
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-10 ta’ Novembru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank Haarlem — il-Pajjiżi l-Baxxi) — X vs Inspecteur van de Belastingdienst/Y (C-319/10) X BV vs Inspecteur van de Belastingdienst P (C-320/10)
(Kawżi magħquda C-319/10 u C-320/10) (1)
(Tariffa Doganali Komuni - Nomenklatura Magħquda - Klassifikazzjoni tariffarja - Laħam tat-tiġieġ dissussat, iffriżat u mmellaħ - Validità u interpretazzjoni tar-Regolamenti (KE) Nru 535/94, Nru 1832/2002, Nru 1871/2003, Nru 2344/2003 u Nru 1810/2004 - Nota addizzjonali 7 għall-Kapitolu 2 tan-Nomenklatura Magħquda - Deċiżjoni tal-Korp ta’ Riżoluzzjoni ta’ Tilwim tad-WTO - Effetti legali)
2012/C 25/16
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Rechtbank Haarlem
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: X (C-319/10), X BV (C-320/10)
Konvenut: Inspecteur van de Belastingdienst/Y (C-319/10), Inspecteur van de Belastingdienst P (C-320/10)
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Rechtbank Haarlem — Interpretazzjoni u validità tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 535/94, tad-9 ta’ Marzu 1994, li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (ĠU L 68, p. 15), ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1832/2002, tal-1 ta’ Awwissu 2002, li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (ĠU L 291, p. 1), ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1871/2003, tat-23 ta’ Ottubru 2003, li jemenda l-Anness I li jinsab mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u tal-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil Malti, Kapitolu 2, Vol. 13, p. 493) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2344/2003, tat-30 ta’ Diċembru 2003, li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffi u l-istatisika u dwar it-Tariffa Dognanali Komuni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 15, p. 231) — Biċċiet tat-tiġieġ, dissussati, iffriżati u mmellħa — Klassifikazzjoni tariffarja
Dispożittiv
F’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li fihom id-dikjarazzjonijiet doganali għat-tqegħid f’ċirkulazzjoni libera ġew magħmula qabel is-27 ta’ Settembru 2005, la huwa possibbli li tiġi invokata d-deċiżjoni tal-Korp ta’ Riżoluzzjoni ta’ Tilwim tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO), tas-27 ta’ Settembru 2005, li tadotta rapport tal-Korp tal-Appell tad-WTO (WT/DS269/AB/R, WT/DS286/AB/R) u żewġ rapporti tal-Grupp Speċjali tad-WTO (WT/DS269/R u WT/DS286/R), kif emendati bir-rapport tal-Korp tal-Appell, fil-kuntest tal-interpretazzjoni tan-nota addizzjonali 7 tal-Kapitolu 2 tan-Nomenklatura Maqgħuda, stabbilita fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1810/2004, tas-7 ta’ Settembru 2004, biex jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar it-tariffa u n-nomenklatura statistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana, u lanqas fil-kuntest tal-evalwazzjoni tal-validità ta’ din in-nota addizzjonali.
(1) ĠU C 246, 11.09.2010.
Full & Egal Universal Law Academy