28.1.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 25/11
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-24 ta’ Novembru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division) — ir-Renju Unit) — Medeva BV vs Comptroller-General of Patents, Designs and Trade Marks
(Kawża C-322/10) (1)
(Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem - Ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari - Regolament (KE) Nru 469/2009 - Artikolu 3 - Kundizzjonijiet għall-kisba ta’ ċertifikat - Kunċett ta’ ‘prodott protett minn privattiva bażika fis-seħħ’ - Kriterji - Eżistenza ta’ kriterji addizzjonali jew differenti għal prodott mediċinali li jinkludi iktar minn ingredjent attiv jew għal tilqima kontra numru ta’ mard (‘Multi-disease vaccine’ jew ‘tilqima multivalenti’))
2012/C 25/17
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Medeva BV
Konvenut: Comptroller-General of Patents, Designs and Trade Marks
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division) — Interpretazzjoni tal-Artikolu 3(a) u (b) tar-Regolament (KE) Nru 469/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Mejju 2009, dwar iċ-ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari għal prodotti mediċinali (ĠU L 152, p. 1) — Kundizzjonijiet għall-kisba taċ-ċertifikat — Kunċett ta’ “prodott protett minn privattiva bażika fis-seħħ” — Kriterji — Eżistenza ta’ kriterji addizzjonali jew differenti għal prodott mediċinali li jinkludi fih iktar minn ingredjent attiv wieħed jew għal tilqima kontra numru ta’ mard (“Multi-disease vaccine”)
Dispożittiv
(1)
L-Artikolu 3(a) tar-Regolament (KE) Nru 469/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Mejju 2009, dwar iċ-ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari għal prodotti mediċinali għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li s-servizzi kompetenti tal-proprjetà industrijali ta’ Stat Membru joħorġu ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari li tirrigwarda ingredjenti attivi li ma humiex imsemmija fil-kliem tat-talbiet tal-privattiva bażika invokata insostenn ta’ applikazzjoni bħal din.
(2)
L-Artikolu 3(b) tar-Regolament (KE) Nru 469/2009 għandu jiġi interpretat fis-sens li, dment li l-kundizzjonijiet l-oħra previsti f’dan l-Artikolu jkunu wkoll sodisfatti, dan ma jipprekludix li s-servizzi kompetenti tal-proprjetà industrijali ta’ Stat Membru joħorġu ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari għal kompożizzjoni ta’ żewġ ingredjenti attivi, li jikkorrispondu għal dak li jidher fil-kliem tat-talbiet għall-privattiva bażika invokata, fejn il-prodott mediċinali li għalih ġiet ppreżentata l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq insostenn tat-talba għal ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari jinkludi, mhux biss din il-kompożizzjoni ta’ żewġ ingredjenti attivi, iżda wkoll ingredjenti attivi oħra.
(1) ĠU C 246, 11.09.2010
Full & Egal Universal Law Academy