5.5.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 133/5
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-22 ta’ Marzu 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Hamburg — il-Ġermanja) — Grünwald Logistik Service GmbH (GLS) vs Hauptzollamt Hamburg-Stadt
(Kawża C-338/10) (1)
(Dumping - Dazju antidumping fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu frott taċ-ċitru ppreparat jew ippreservat li joriġina miċ-Ċina - Regolament (KE) Nru 1355/2008 - Validità - Regolament (KE) Nru 384/96 - Artikolu 2(7)(a) - Determinazzjoni tal-valur normali - Pajjiż li ma għandux ekonomija tas-suq - Obbligu tal-Kummissjoni li tkun diliġenti sabiex tiddetermina l-valur normali abbażi tal-prezz jew tal-valur kostrutt f’pajjiż terz b’ekonomija tas-suq)
2012/C 133/08
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Finanzgericht Hamburg
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Grünwald Logistik Service GmbH (GLS)
Konvenut: Hauptzollamt Hamburg-Stadt
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari - Finanzgericht Hamburg - Validità, fid-dawl tal Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96, tat-22 ta’ Diċembru 1995, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 10, p. 45), tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 642/2008, tal-4 ta’ Lulju 2008, li jimponi dazju provviżorju anti-dumping fuq l-importazzjoni ta’ ċertu frott taċ-ċitru ppreparat jew ippreżervat (l-aktar il-mandolin, eċċ) li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 178, p. 19) u tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1355/2008, tat-18 ta’ Diċembru 2008, li jimponi dazju anti-dumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu frott taċ-ċitru ppreparat jew ippriżervat (prinċipalment il-mandolin, eċċ.) li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 350, p. 35) - Determinazzjoni tal-valur normali għal pajjiż li ma għandux ekonomija tas-suq - Determinazzjoni tal-valur normali abbażi tal-prezz effettivament imħallas jew li għandu jitħallas fl-Unjoni għal prodott simili - Obbligu tal-Kummissjoni, li jirriżulta mill-Artikolu 2(7)(a) tar Regolament (KE) Nru 384/96 li tieħu l-miżuri neċessarji sabiex tiddetermina l valur normali abbażi tal-prezz jew tal-valur maħdum f’pajjiż terz li għandu ekonomija tas-suq
Dispożittiv
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1355/2008, tat-18 ta’ Diċembru 2008, li jimponi dazju anti-dumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu frott taċ-ċitru ppreparat jew ippriżervat (prinċipalment il mandolin, eċċ.) li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, huwa invalidu.
(1) ĠU C 260, 25.09.2010.
Full & Egal Universal Law Academy