5.5.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 133/6
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-15 ta’ Marzu 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika ta’ Ċipru
(Kawża C-340/10) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE - Artikoli 4(1) u 12(1) - Nuqqas ta’ inklużjoni tal-Lag Paralimni bħala sit ta’ importanza għall-Komunità fit-terminu previst - Sistema ta’ ħarsien għall-ispeċi Natrix natrix cypriaca (serp tal-ilma ta’ Ċipru))
2012/C 133/09
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Zavvos u D. Recchia, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika ta’ Ċipru (rappreżentanti: K. Lykourgos u M. Chatzigeorgiou, aġenti)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 4(1) u 12(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1992, dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 102) — Nuqqas ta’ inklużjoni tal-Lag ta’ Paralimni fil-lista nazzjonali ta’ siti li jistgħu jiġu identifikati bħala siti ta’ importanza għall-Komunità — Nuqqas ta’ stabbiliment ta’ sistema ta’ ħarsien għall-ispeċi natrix natrix cypriaca (serp tal-ilma ta’ Ċipru)
Dispożittiv
(1)
Ir-Repubblika ta’ Ċipru,
—
billi ma inkludietx is-sit tal-Lag Paralimni fil-lista nazzjonali ta’ siti proposti ta’ importanza għall-Komunità,
—
billi ttollerat attivitajiet li jqiegħdu l-karatteristiċi ekoloġiċi tal Lag Paralimni f’riskju serju, u billi ma adottatx il-miżuri neċessarji ta’ ħarsien għaż-żamma tal-popolazzjoni tal-ispeċi Natrix natrix cypriaca (serp tal-ilma ta’ Ċipru), li tirrappreżenta l-interess ekoloġiku tal-Lag Paralimni u tad-diga ta’ Xyliatos, u
—
billi ma adottatx il-miżuri meħtieġa sabiex tistabbilixxi sistema ta’ ħarsien strett ta’ din l-ispeċi,
naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt, rispettivament, l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva Tal-Kunsill 92/43/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1992, dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2006/105/KE, tal-20 ta’ Novembru 2006, din id-Direttiva 92/43/KEE kif emendata, kif ukoll l-Artikolu 12(1) tal-istess Direttiva 92/43/KEE kif emendata.
(2)
Ir-Repubblika ta’ Ċipru hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 246, 11.09.2010.
Full & Egal Universal Law Academy