12.1.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 9/5
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-8 ta’ Novembru 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Finlandja
(Kawża C-342/10) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Moviment liberu tal-kapital - Artikolu 63 TFUE - Ftehim ŻEE - Artikolu 40 - Tassazzjoni ta’ dividendi mqassma lill-fondi ta’ pensjoni barranin)
2013/C 9/06
Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż
Partijiet
Rikorrent: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal u I. Koskinen, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Finlandja (rappreżentanti: J. Heliskoski, aġent)
Partijiet intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Renju tad-Danimarka (rappreżentant: C. Vang, aġent), Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues u N. Rouam, aġenti), Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: C. Wissels u M. Noort, aġenti), Ir-Renju tal-Isvezja (rappreżentanti: A. Falk u S. Johannesson, aġenti), Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: H. Walker, aġent, assisstita minn G. Facenna, barrister)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 63 TFUE u tal-Artikolu 40 tal-Ftehim ŻEE — Diskriminazzjoni fiskali — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta d-dividendi mqassma mill-kumpanniji residenti lill-fondi ta’ pensjoni barranin għal sistema fiskali iktar stretta minn dik applikabbli għall-fondi ta’ pensjoni nazzjonali
Dispożittiv
(1)
Billi stabbilixxiet u żammet fis-seħħ skema ta’ tassazzjoni diskriminatorja fuq id-dividendi mqassma lill-fondi ta’ pensjoni barranin, ir-Repubblika tal-Finlandja naqqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 63 TFUE u l-Artikolu 40 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, tat-2 ta’ Mejju 1992.
(2)
Ir-Repubblika tal-Finlandja għandha tbati l-ispjjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea.
(3)
Ir Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Franċiża, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, ir-Renju tal-Isvezja u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.
(1) ĠU C 234, 28.8.2010.
Full & Egal Universal Law Academy