18.6.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 179/6
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-14 ta’ April 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tas-Spanja
(Kawża C-343/10) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 91/271/KEE - Tniġġiż u fastidji - Trattament tal-ilma urban mormi - Artikoli 3 u 4)
2011/C 179/08
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: S. Pardo Quintillán, aġent)
Konvenut: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: F. Díez Moreno, aġent)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 3 u 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1991, dwar it-trattament tal-ilma urban mormi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 26).
Dispożittiv
(1)
Ir-Renju ta’ Spanja, billi ma żgurax:
—
il-ġbir tal-ilma urban mormi mill-agglomerazzjonijiet li għandhom popolazzjoni ekwivalenti ta’ iktar minn 15 000 ruħ ta’ Valle de Güimar, Noreste (Valle Guerra), Valle de la Orotava, Arenys de Mar, Alcossebre u Cariño, skont l-Artikolu 3 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1991, dwar it-trattament tal-ilma urban mormi, u
—
it-trattament tal-ilma urban mormi mill-agglomerazzjonijiet li għandhom popolazzjoni ekwivalenti ta’ iktar minn 15 000 ruħ ta’ Arroyo de la Miel, Arroyo de la Víbora, Estepona (San Pedro de Alcántara), Alhaurín el Grande, Coín, Barbate, Chipiona, Isla Cristina, Matalascañas, Nerja, Tarifa, Torrox Costa, Vejer de la Frontera, Gijón-Este, Llanes, Valle de Güimar, Noreste (Valle Guerra), Los Llanos de Aridane, Arenys de Mar, Pineda de Mar, Ceuta, Alcossebre, Benicarló, Elx (Arenales), Peñíscola, Teulada Moraira (Rada Moraira), Vinaròs, A Coruña, Cariño, Tui, Vigo, Aguiño-Carreira-Ribeira, Baiona, Noia, Santiago, Viveiro u Irún (Hondarribia), skont 1-Artikolu 4(1) u (3) u jekk ikun il-każ skont l-Artikolu4(4) tad-Direttiva 91/271,
naqas mill-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva.
(2)
Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 234, 28.8.2010.
Full & Egal Universal Law Academy