10.12.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 362/9
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-20 ta’ Ottubru 2011 — Freixenet, SA vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
(Kawża magħquda C-344/10 P u C-345/10 P) (1)
(Appelli - Applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni ta’ trade marks Komunitarji li jirrappreżentw flixkun bl-iżmerill abjad kif ukoll flixkun bl-iżmerill iswed matt - Rifjut ta’ reġistrazzjoni - Nuqqas ta’ karattru distintiv)
2011/C 362/13
Lingwa tal-proċedura: il-Franċiż
Partijiet
Appellanti: Freixenet, SA (rappreżentanti: F. de Visscher, E. Cornu u D. Moreau, avukati)
Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla), tas-27 ta’ April 2010, Freixenet vs UASI (T-110/08), li permezz tagħha din tal-aħħar ċaħdet ir-rikors ippreżentat mir-rikorrenti kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat 30 ta’ Ottubru 2007 (Każ R 97/2001-1), dwar talba għar-reġistrazzjoni tas-sinjal li jirrapreżenta flixkun bl-iżmerill abjad bħala trade mark Komunitarja — Ksur tal-Artikoli 7(1)(b), 73 u 38(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-20 ta’ Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 146) [li saru l-Artikoli 7(1)(b), 75 u 37(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1)] — Ksur tad-drittijiet tad-difiża u tad-dritt għal smigħ xieraq — Rifjut ta’ reġistrazzjoni — Nuqqas ta’ karattru distintiv
Dispożittiv
(1)
Is-sentenzi tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tas-27 ta’ April 2010, Freixenet vs UASI (flixkun bl-iżmerill abjad) (T-109/08), u Freixenet vs UASI (flixkun bl-iżmerill iswed matt) (T-110/08), huma annullati.
(2)
Id-deċiżjonijiet tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tat-30 ta’ Ottubru 2007 (Każ R 97/2001-1) u tal-20 ta’ Novembru 2007 (Każ R 104/2001-1), huma annullati.
(3)
L-Uffiċċju għall Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) għandu jbati kemm l-ispejjeż relatati mal-proċeduri tal-ewwel istanza kif ukoll dawk relati mal-appelli.
(1) ĠU C 274, 09.10.2010
Full & Egal Universal Law Academy