10.3.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 73/3
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-17 ta’ Jannar 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank Amsterdam — il-Pajjiżi l-Baxxi) — A. Salemink vs Raad van bestuur van het Uitvoeringsinstituut werknemersverzekeringen
(Kawża C-347/10) (1)
(Sigurtà soċjali tal-ħaddiema migranti - Regolament (KEE) Nru 1408/71 - Ħaddiem impjegat fuq pjattaforma għall-estrazzjoni tal-gass li tinsab fuq is-sikka kontinentali maġenb il-Pajjiżi l-Baxxi - Assigurazzjoni obbligatorja - Rifjut tal-ħlas ta’ allowance ta’ inkapaċità għax-xogħol)
2012/C 73/04
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Rechtbank Amsterdam
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: A. Salemink
Konvenut: Raad van bestuur van het Uitvoeringsinstituut werknemersverzekeringen
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Rechtbank Amsterdam — Interpretazzjoni tal-Artikoli 45 u 355 TFUE, tal-Artikolu 52 TUE u tat-Titoli I u II tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol 1, p. 35) — Nuqqas ta’ applikazzjoni tas-sistema nazzjonali ta’ assigurazzjoni obbligatorja għall-mard għall-persuni li jaħdmu fuq riggijiet taż-żejt fuq is-sikka kontinentali Olandiża għal persuna li timpjega stabbilita fil-Pajjiżi l-Baxxi u li tirrisjedi fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor
Dispożittiv
L-Artikolu 13(2)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-skemi tas-Sigurtà Soċjali għal persuni impjegati, għal persuni li jaħdmu għal rashom u għal membri tal-familji tagħhom li jiċċaqilqu fi ħdan il-Komunità, fil-verżjoni emendata tiegħu u aġġornata bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 118/97, tat-2 ta’ Diċembru 1996, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1606/98, tad-29 ta’ Ġunju 1998 u l-Artikolu 39 KE, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li ħaddiem, li jeżerċita l-attivitajiet professjonali tiegħu fuq stallazzjoni fissa li tinsab fuq is-sikka kontinentali maġenb Stat Membru ma jkunx assigurat b’mod obbligatorju f’dan l-Istat Membru taħt il-leġiżlazzjoni nazzjonali ta’ assigurazzjoni soċjali f’dan l-Istat Membru sempliċement minħabba li ma jirrisjedix f’dan l-Istat iżda fi Stat Membru ieħor.
(1) ĠU C 246, 11.09.2010.
Full & Egal Universal Law Academy