28.1.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 25/13
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-10 ta’ Novembru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Augstākās tiesas Senāts — il-Latvja) — Norma-A SIA, Dekom SIA vs Latgales plānošanas reģions, aventi kawża ta’ Ludzas novada dome
(Kawża C-348/10) (1)
(Kuntratti pubbliċi - Direttiva 2004/17/KE - Artikolu 1(3)(b) - Direttiva 92/13/KEE - Artikolu 2d(1)(b) - Kunċett ta’ “konċessjoni għal servizzi” - Provvista ta’ servizzi ta’ trasport pubbliku b’karozzi tal-linja - Dritt li jiġi operat is-servizz u ħlas lill-fornitur ta’ ammont bħala kumpens għat-telf - Riskju marbut mal-operat limitat skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali u l-kuntratt - Proċeduri ta’ reviżjoni fil-qasam ta’ għoti ta’ kuntratt - Applikabbiltà diretta tal-Artikolu 2d(1)(b) tad-Direttiva 92/13/KEE għall-kuntratti konklużi qabel it-terminu ta’ traspożizzjoni tad-Direttiva 2007/66/KE)
2012/C 25/20
Lingwa tal-kawża: il-Latvjan
Qorti tar-rinviju
Augstākās tiesas Senāts
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Norma-A SIA, Dekom SIA
Konvenut: Latgales plānošanas reģions, successeur en droit de Ludzas novada dome
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Augstākās tiesas Senāts — Interpretazzjoni tal-Artikolu 1(3)(b) tad-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwisti ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, t-trasport u postali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 19) u tal-Artikolu 2d(1)(b) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/13/KE, tal-25 ta’ Frar 1992, li tikkoordina l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrelataw għall-applikazzjoni tar-regoli Komunitarji dwar il-proċeduri ta’ akkwist ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u t-telekomunikazzjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 315) kif emendata bid-Direttiva 2007/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Diċembru 2007, li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/665/KEE u 92/13/KEE fir-rigward tat-titjib fl-effettività ta’ proċeduri ta’ reviżjoni dwar l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi (ĠU L 335, p. 31) — Kunċett ta’ konċessjoni għal servizzi — Kuntratt li jipprovdi għall-provvista ta’ servizzi ta’ transport pubbliku tal-karozzi tal-linja u bħala korrispettiv jipprovdi dritt li jkun operat is-servizz u l-ħlas mill-awtorità kontraenti lill-persuna li tipprovdi s-servizzi ta’ kumpens għat-telf marbut ma’ dan l-operat, fejn ir-riskju marbut mal-operat ta’ dawn is-servizzi huwa limitat skont il-liġi nazzjonali u skont dan il-kuntratt — Proċeduri ta’ reviżjoni fil-qasam ta’ għoti ta’ kuntratt — Rikors għal annullament tal-kuntratt ta’ konċessjoni — Applikabbiltà diretta fil-Latvja tal-Artikolu 2d(1)(b) tad-Direttiva 92/13/KE għall-kuntratti pubbliċi konklużi qabel it-terminu ta’ traspożizzjoni tad-Direttiva 2007/66/KE
Dispożittiv
(1)
Id-Direttiva 2004/17 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwisti ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, t-trasport u postali għandha tiġi interpretata fis-sens li jikkostitwixxi “kuntratt għal servizzi” fis-sens tal-Artikolu 1(2)(d) ta’ din id-direttiva kuntratt li permezz tiegħu parti kontraenti, skont regoli ta’ dritt pubbliku u klawżoli kuntrattwali li jirregolaw il-provvista ta’ dawn is-servizzi, ma tiħux parti sinjifikattiva mir-riskju li l-awtorità kontraenti tkun suġġetta għalih. Hija l-qorti nazzjonali li għandha tevalwa jekk it-tranżazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali għandhiex tiġi kklassifikata bħala konċessjoni għal servizzi jew bħala kuntratt pubbliku għal servizzi fid-dawl tal-karatteristiċi kollha ta’ din it-tranżazzjoni
(2)
L-Artikolu 2d(1)(b) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/13/KEE, tal-25 ta’ Frar 1992, li tikkoordina l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrelataw għall-applikazzjoni tar-regoli Komunitarji dwar il-proċeduri ta’ akkwist ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u t-telekomunikazzjoni, kif emendata bid-Direttiva 2007/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Diċembru 2007, ma japplikax għal kuntratti pubbliċi mogħtija qabel l-iskadenza tat-terminu ta’ traspożizzjoni tad-Direttiva 2007/66
(1) ĠU C 246, 11.09.2010.
Full & Egal Universal Law Academy