8.10.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 298/9
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-28 ta’ Lulju 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Korkein hallinto-oikeus — il-Finlandja) — Proċeduri mressqa minn Nordea Pankki Suomi Oyj
(Kawża C-350/10) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Sitt Direttiva tal-VAT - Artikolu 13B(d), punti 3 u 5 - Eżenzjonijiet - Trasferimenti u ħlasijiet - Tranżazzjonijiet li jirrigwardaw titoli - Servizzi ta’ messaġġi elettroniċi għal istituzzjonijiet finanzjarji)
2011/C 298/16
Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż
Qorti tar-rinviju
Korkein hallinto-oikeus
Partijiet fil-kawża prinċipali
Nordea Pankki Suomi Oyj
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Korkein hallinto-oikeus — Interpretazzjoni tal-punti 3 u 5 tal-Artikolu 13B(d) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23) — Eżenzjonijiet għal tranżazzjonijiet bankarji — Servizzi SWIFT għall-banek
Dispożittiv
Il-punti 3 u 5 tal-Artikolu 13B(d) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-valur miżjud taħt din id-dispożizzjoni ma tkoprix servizzi ta’ messaġġi elettroniċi lil istituzzjonijiet finanzjarji, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali.
(1) ĠU C 246, 11.09.2010.
Full & Egal Universal Law Academy