21.4.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 118/2
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-1 ta’ Marzu 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika
(Kawża C-354/10) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Għajnuna mill-Istat - Fond ta’ riżerva eżenti mit-taxxa - Inkompatibbiltà mas-suq komuni - Irkupru - Nuqqas ta’ eżekuzzjoni)
2012/C 118/03
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Triantafyllou u B. Stromsky aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: P. Mylonopoulos u K. Boskovits, aġenti)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas milli jieħu, fit-terminu previst, il-miżuri neċessarji għall-irkupru tal-għajnuna meqjusa illegali u inkompatibbli mas-suq intern permezz tal-Artikolu 1(1) [bl-eċċezzjoni ta’ dawk imsemmija fil-paragrafu (2) u fl-Artikoli 2 u 3] tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Lulju 2007 (C(2007) 3251) dwar fondi ta’ riżerva eżenti mit-taxxa (għajnuna mill-Istat C 37/05)
Dispożittiv
(1)
Billi ma adottatx, fit-terminu preskritt, il-miżuri kollha neċessarji għall-irkupru, f’konformità mal-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/723/KE, tat-18 ta’ Lulju 2007, dwar għajnuna mill-Istat C 37/05 (ex NN 11/04) mogħtija mill-Greċja — Fond ta’ riżerva eżenti mit-taxxi tal-għajnuna meqjusa illegali u inkompatibbli mas-suq komuni, bl-eċċezzjoni ta’ dawk imsemmija fl-Artikolu 1(2), kif ukoll tal-Artikolu 2 u 3 ta’ din id-deċiżjoni, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont l-Artikoli 4 u 6 tal-imsemmija deċiżjoni.
(2)
Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 246, 11.09.2010.
Full & Egal Universal Law Academy