8.12.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 379/2
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-16 ta’ Ottubru 2012 — L-Ungerija vs Ir-Repubblika Slovakka
(Kawża C-364/10) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Artikolu 259 TFUE - Ċittadinanza tal-Unjoni - Artikolu 21 TFUE - Direttiva 2004/38/KE - Dritt ta’ moviment fuq it-territorju tal-Istati Membri - President tal-Ungerija - Projbizzjoni ta’ dħul fit-territoju tar-Repubblika Slovakka - Relazzjonijiet diplomatiċi bejn Stati Membri)
2012/C 379/03
Lingwa tal-kawża: is-Slovakk
Partijiet
Rikorrenti: L-Ungerija (rappreżentanti: M. Z. Fehér u E. Orgován, aġenti)
Konvenuta: Ir Repubblika Slovakka (rappreżentant: B. Ricziová, aġent)
Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Tokár, D. Maidani u S. Boelaert, aġenti)
Suġġett
Artikolu 259 TFUE — Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal Artikolu 18(1) KE, tal-Artikolu 3(2) TUE, tal-Artikolu 21(1) TFUE, kif ukoll tad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 5, Vol. 5, p. 46) — Applikazzjoni abbużiva tad-dritt tal-Unjoni — Projbizzjoni ta’ dħul fit-territorju tar-Repubblika Slovakka għall-President tar-Repubblika tal-Ungerija li ried jilqa’ l-istedina ta’ għaqda volontarja — Projbizzjoni ta’ dħul ibbażata, fost l-oħrajn, fuq id Direttiva 2004/38/KE — Applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni dwar il-moviment liberu tal-persuni għall-kapijiet tal-Istat kif ukoll għal persuni oħra li jirrappreżentaw l-Istati Membri
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
L-Ungerija hija kkundannata għall-ispejjeż.
(3)
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 301, 6.11.2010
Full & Egal Universal Law Academy